INVESTIMENT TA’ AKTAR MINN €1.2 MILJUN F’GĦAWDEX - INAWGURATI L-COASTAL U COUNTRY WALKS
Il-Ministru għal Għawdex jagħmel żjara fix-xogħlijiet li qed isiru fir-Recreational Park ta’ Isopu, fin-Nadur
Bħala parti mill-viżjoni tal-Ministeru għal-Għawdex biex itejjeb l-infrastruttura u l-prodott turistiku ta’ Għawdex, Dr Anton Refalo Ministru għal Għawdex ħabbar tliet proġetti relatati ma’ xulxin.
Dr Refalo dalgħodu żar il-proġett tal-Qortin ta’ Isopu fin-Nadur, Għawdex kif ukoll ħabbar proġetti tal-Gozo Coastal and Country Walks. Il-Ministru Refalo spjega kif dawn il-proġetti huma parti mill-pjan ħolistiku tal-Ministeru għall-Għawdex biex itejjeb l-infrastruttura tal-gżira.
Il-proġett tal-Qortin ta’ Isopu se jara barriera magħluqa żviluppata f’żona ta’ rikreazzjoni għall-familja. Bħala parti mill-materjal biex tinbena l-infrastruttura qed jintuża materjal li nġabar mill-widien. Se jinbnew ħitan tas-sejjieħ, jitħawlu siġar u jinġabar l-ilma tax-xita. Dan il-proġett waħdu se jqum €367,000.
Il-Ministru ħabbar ukoll il-proġett tal-Walks and Trails in Rural Gozo. Dan il-proġett se jiswa €850,000 u se jkun iffinanzjat mil-European Agricultural Fund għall-Iżvilupp Rurali. Il-proġett jikkonsisti fil-ħolqien ta’ erba’ country walks, tlieta f’Għawdex u waħda f’Kemmuna. Il-Walks and Trails se jipprovdi esperjenza edukattiva u ta’ rikreazzjoni għall-viżitaturi, filwaqt li jattira turisti fis-shoulder months, perjodu normalment kajman fejn jikkonċerna t-turiżmu.
It-tielet proġett jikkonsisti fil-bini ta’ erba’ coastal walks qrib l-bajjiet Għawdxin. Il-coastal walks se jkunu aċċessibbli bi transport pubbliku fil-qrib. L-għan ewlieni tal-Coastal Walks huwa li jżid u jivvalorizza l-importanza tas-sbuħija tal-bajjiet Għawdxin. Dan il-proġett se jiswa €9,200.
Dawn it-tlett proġetti se jkomplu jtejbu l-faċilitajiet eżistenti tal-gżira Għawdxija għall-Iżvilupp sostenibbli. L-għan hu li jinstab bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku, ix-xogħol u rikreazzjoni kif ukoll il-preservazzjoni tal-ambjent.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en