Left arrow Mur Lura

IL-GVERN IQIS LILL-GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI BĦALA MSIEĦBA IMPORTANTI FL-IŻVILUPP SOĊJALI U EKONOMIKU TA’ DAN IL-PAJJIŻ – MINISTRU HELENA DALLI

pr140873
Date Icon 25/04/2014

Il-Fondazzjoni Maltija Klieb Gwida tibbenefika minn fond tal-Gvern għal Għaqdiet mhux Governattivi

Meta kienet qed tindirizza attività fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Klieb Gwida, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli faħħret ix-xogħol siewi li qed tagħmel il-Fondazzjoni Maltija Klieb Gwida b’risq persuni nieqsa mid-dawl.

Hija semmiet kif il-Gvern iqis lill-għaqdiet mhux governattivi bħala msieħba importanti fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ dan il-pajjiż, speċjalment meta dawn huma mmexxija minn persuni li qed jagħtu l-ħin liberu tagħhom għaliex jemmnu fil-volontarjat.

Huwa għal dan il-għan li l-Gvern għandu fond ta’ għajnuna biex jassisti l-ħidma ta’  dawn l-għaqdiet b’risq is-soċjetà ċivili, liema fond din il-Fondazzjoni kienet ukoll benefiċjarju.

Dwar il-volontarjat, Dr Dalli saħqet li l-Gvern huwa impenjat li jara li organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet li jiddependu mill-volontarjat jingħataw kemm jista’ jkun riżorsi biex ikomplu jagħmlu suċċess.

Il-Ministru Dalli sellmet il-memorja tal-fundatur tal-Fondazzjoni s-Sur Ron Colombo għall-impenn u d-dedikazzjoni tiegħu u li llum qed jissarfu f’ġid kbir għall-persuni nieqsa mid-dawl.

Fi tmiem l-attività tqassmu ċertifikati lil numru ta’ persuni li temmew b’suċċess kors fl-orjentament u mobilità, kif ukoll lil sidien ta’ klieb gwida li ilhom fis-servizz għal aktar minn sena.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow