Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS AGIUS INVOLUT FIL-KAMPANJA TA’ OUT REACH F’GĦAWDEX ORGANIZZATA MILL-MFA

pr140872
Date Icon 24/04/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-MFA Bjorn Vassallo, il-Ħamis żaru l-gżira ta’ Għawdex bħala parti mill-UEFA U17 Championship Reach Out Campaign.   

Huma żaru erba’ skejjel li ħadu sehem fl-Exhibition Project organizzat mill-MFA; li kien miftuħ għall-iskejjel kollha ta’ Malta.  Hawnhekk l-istudenti, fi grupp jew fuq bażi individwali, setgħu jagħżlu li joħolqu mudell, ritratt, powerpoint jew kitba kreattiva bbażata fuq waħda mill-5 temi magħżula mill-organizzaturi.  It-temi kienu jinkludu t-Tradizzjonijiet u l-Kultura ta’ wieħed mill-pajjiżi parteċipi fil-kampjonati ta’ taħt is-17-il sena, V18, Respect, Anti-Racism u Fair Play.  Kienu tlieta mill-erba’ skejjel li żaru s-Segretarju Parlamentari Agius u Bjorn Vassallo li preżentaw proġetti relatati ma’ pajjiż in partikolari.  L-iskola Primarja tal-Għarb għażlet l-Iżvizzera, l-iskola Sekondarja tal-bniet għażlet lil Spanja biex tibbaża l-proġett fuqha u l-iskola Sekondarja tas-Subien għażlu r-Russja.  Mill-banda l-oħra is-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu preżenta proġett fuq Fair Play.  Proġetti li fihom l-istudenti għamlu riċerka u preżentaw dak li sabu b’mod kreattiv u innovattiv għall-aħħar.

Wara, id-delegazzjoni żaret l-Istadium ta’ Għawdex li se jospita erba’ logħbiet fosthom dik bejn Malta u l-Olanda. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius seta’ jara x-xogħol infrastrutturali li sar fl-aħħar xhur u jassisti għall-aħħar preparamenti qabel l-ewwel logħba tad-9 ta’ Mejju.  L-aħħar waqfa tal-ġurnata kienet fis-sede tal-Assoċjazzjoni tal-futbol Għawdxija (GFA) fejn Chris Agius flimkien mal-Kap Eżekuttiv Bjorn Vassallo indirizzaw lin-nurseries Għawdxin bil-għan li dawn jattendu għall-erba’ logħbiet li se jintlagħbu fl-Istadium ta’ Għawdex.  Huma wrew ix-xewqa li n-nurseries Għawdxin jattendu wkoll għal-logħbiet li se jsiru f’Malta speċjalment dawk li fihom jilgħab it-tim Nazzjonali Malti.  

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius ħa l-okkażjoni biex jerġa’ jisħaq dak li diġà tenna fiċ-ċerimonja tal-poloz, li l-Gvern huwa kommess li jgħin lil dan l-avveniment bl-aħjar mod li jista’ għaliex jemmen li flimkien nistgħu nilħqu miri ikbar.  Huwa ta’ unur għal pajjiżna li nospitaw kompetizzjoni ta’ dan il-livell.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow