Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN DR. GEORGE W. VELLA FI ŻJARA FL-ISTAT TA’ GEORGIA

pr140871
Date Icon 24/04/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr. George W. Vella illejla inawgura    Ċentru għat-Taħrig tad-Diplomatiċi fi Tbilisi, fl-istat ta’ Georgia.  Il-Ministru Vella jinsab f’Georgia wara stedina li saritlu mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-pajjiż, Maia Panjikidze.  

Waqt diskors li ta fl-inawgurazzjoni ta’ dan iċ-ċentru, Dr. Vella  tkellem fuq ir-rabtiet li jista’ jkun hemm bejn dan iċ-ċentru ta’ taħriġ u l-Akkademja Mediterranja għal Studji Diplomatiċi f’Malta  Medac  li matul dawn l-aħħar snin ħarrġet għadd ta’ studenti mill-Georgia.   Iċ-Ċentru għat-Taħriġ tad-Diplomatiċi ġie msemmi għal diplomatiku mill-Georgia, l-Ambaxxatur Levan Mikeladze li miet sitt snin ilu.  

Għada l-Ministru Vella se jkollu laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru ta’ Georgia, Irakli Garibashvili, mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Maia Panjikidze, kif ukoll mal-iSpeaker David Usupashvili. 

Matul din iż-żjara l-Ministru Vella se jiltaqa’ wkoll mal-Patrijarka, il-Qdusija Tiegħu, Ilia II.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow