Left arrow Go Back

“L-ENEMALTA U L-IMPJEGATI TAGĦHA MUTUR FL-EKONOMIJA TAL-PAJJIŻ”

pr140869
Date Icon 24/04/2014

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan dalgħodu wara li żar il-power station tal-Marsa, u ltaqa’ mal-ħaddiema  u mal-management tal-Korporazzjoni Enemalta.

Dr Muscat qal li llum l-Enemalta m’għadhiex mażżra mifnija bid-djun u kontijiet għoljin, iżda saret mutur li qed tattira investiment barrani waħdieni li qatt ma rajna bħalu f’pajjiżna.  Qal li għalkemm sena ilu l-Gvern sab mat-€800miljun dejn fl-Enemalta, proprju fl-aħħar sena il-Gvern irnexxielu jrażżan id-dejn tagħha u ffrankat €30miljun.

Qal li l-media li segwietu fiż-żjara ġewwa l-impjant, setgħet tinnota makkinarju antik li jmur lura għas-snin ħamsin, u tirrealizza l-ħtieġa ta’ modernizar għad-distribuzzjoni tal-elettriku.  Total ta’ €1biljun qed jiġu investiti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku f’interconnector, minn Electrogas Consortium u Shangai Electric.

Il-Prim Ministru rringrazzja lill-ħaddiema għall-kooperazzjoni u ħidma tagħhom, li fehmu x’qed jagħmel il-Gvern u x’ser ikun ifisser l-investiment barrani għall-ġid tagħhom u tal-familji dipendenti minnhom.  Assigurahom li m’għandhomx għax jinkwetaw fuq il-futur tal-post tax-xogħol tagħhom.  Qal li x-xogħol barra minn Malta mhux mandatorju iżda opportunità, fosthom għal inġiniera żgħażagħ; ser ikollhom ukoll opportunità li jaħdmu fuq l-impjant tal-gass.

Qal li issa minflok nimportaw l-enerġija ser inkunu f’pożizzjoni li nibdew nesportawha.

Dr Muscat qal li proprju l-bieraħ tħabbar uffiċjalment li l-ekonomija qegħda fis-sod: id-defiċit ta’ 3.3% li l-Gvern preżenti sab ma’ wiċċu sena ilu, niżel għal 2.8% – sinjal li l-budget ippreżentat mill-Gvern hu wieħed tajjeb u mħares favorevolment minn aġenziji u istituzzjonijiet finanzjarji barranin. 

Il-familji qed jaraw u jmissu b’idejhom iktar flus fil-but, b’miżuri bħal tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, il-kontijiet tad-dawl u ilma, ħlas lura tal-VAT fuq xiri ta’ karozzi, u childcare centres b’xejn.

Dan kollu riżultat tal-għaqal u pjani serji tal-Gvern li qed iwasslu għal kredenzjali pożittivi u kredibbiltà f’pajjiżna.

Fl-istess okkażjoni, il-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi qal li l-Perit Joe Ellul Vincenti nħatar Acting Chairman minflok Charles Mangion li rriżenja, issa li ġie elett Membru Parlamentari.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow