ELEZZJONI GĦALL-PARLAMENT EWROPEW 2014 - ARRANĠAMENTI GĦALL-MALTIN IMSIEFRIN
Qed isiru arranġamenti biex il-Maltin li jinsabu barra mill-pajjiż ikunu jistgħu jiġu lura Malta biex jivvotaw fl-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew li se ssir is-Sibt, 24 ta' Mejju 2014.
L-Air Malta plc ser tipprovdi biljett bir-ritorn fuq is-servizzi tagħha għal €35, inkluż it-taxxi u spejjeż oħra, għal dawk il-persuni li huma eliġibbli li jivvotaw fl-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Reservations fuq titjiriet skedati tal-Air Malta jistgħu jsiru fuq it-telefon numru (+356) 2599 1230 minn għada 25 ta’ April fit-08:00 ta’ filgħodu. Iċ-ċentru ser jkun miftuħ bejn it-Tnejn u s-Sibt mit-0800 sad-0900 ta’ filgħaxija u l-Ħadd mit-0800 sal-0500 ta’ wara nofsinhar.
L-ivjaġġar lejn Malta hu possibbli mill-14 ta’ Mejju sal-24 ta’ Mejju 2014, bl-ivjaġġar tar-ritorn bejn l-24 ta’ Mejju u l-1 ta’ Ġunju 2014. Dawk il-persuni li ser jivvutaw kmieni fis-17 ta’ Mejju 2014 jistgħu jivvjaġġaw lejn Malta mil-14 ta’ Mejju u jistgħu jirritornaw lura mis-17 ta’ Mejju sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2014. Dawk li ser jivvutaw kmieni jridu japplikaw mal-Kummissjoni Elettorali sa nofsinhar tal-Ġimgħa 16 ta’ Mejju 2014.
Dawn l-arranġamenti ser ikunu validi għall:
a. persuni li huma eliġibbli li jivvotaw li jinkludu dawk miżżewġin lill-barranin, li qed jistudjaw, jaħdmu jew li qed jirċievu xi trattament mediku barra minn Malta u
b. d-dipendenti tagħhom. Dipendenti huma;
1) l-ulied ta’ dik il-persuna, jew ulied żewġ jew mart dik il-persuna, jekk dawk l-ulied ikunu taħt it-tmintax-il sena;
2) il-konjugi tal-persuna.
Din id-direttiva tapplika għal dawk il-votanti li isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali ppubblikat fi żmien ħamest ijiem mill-pubblikazzjoni tar-Writ tal-Elezzjoni Ġenerali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en