Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS JILTAQA’ MAD-DIRETTURI TAL-VALLETTA CRUISE PORT

pr140867
Date Icon 24/04/2014

Waqt żjara fil-Valletta Cruise Port, il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis qal li Malta kisbet reputazzjoni tajba għal Port affidabbli, professjonali u kompetittiv. Il-viżitaturi tal-kruċiera huma importanti ħafna għall-ekonomija lokali tagħna kif ukoll għall-istabbiltà tal-gżejjer tagħna, żied il-Ministru għat-Turizmu filwaqt li huwa daqstant kruċjali l-impressjoni pożittiva li jħallu dawn il-viżitaturi dwar Malta.

‘Irridu nżommu f’moħħna li l-passiġġieri tal-kruċieri huma fost l-akbar investiment fit-tul  u li dawn għandhom il-potenzjal li jkunu l-aqwa Ambaxxaturi ta’ Malta’, sostna Dr. Edward Zammit Lewis.

Il-Ministru għat-Turiżmu faħħar l-impenn tal-inizjattivi meħuda mid-Diretturi fejn esprima li passiġġieri li żaru Malta ġġeneraw mal-€1,900,000 fl-infiq fl-ewwel kwart tal-2014, skont studji kkummissjonati mill-Valletta Cruise Port stess.

Ta’ min jinnota wkoll l-istatistika li ħarġet din il-ġimgħa li matul l-ewwel kwart tal-2014, it-traffiku totali tal-passiġġieri tal-cruise liners f'Malta kien ta’ 38,138 passiġġier, li jfisser żieda ta’ 68.4% jew 15,490 passiġġier meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2013.

Matul dan il-perjodu, il-Valletta Cruise Port irċeviet sejħiet ta’ 23 cruise liner. Dan ifisser 10 aktar milli fl-2013.

Għal dan il-għan Dr. Edward Zammit Lewis saħaq fuq l-importanza għat-tkomplija ta’ żvilupp tal-industrija tal-kruċiera fosthom li l-Gvern se jkompli jaħdem mal-Valletta Cruise Port biex itejbu l-prodott tal-cruise port u li jappoġġja l-isforzi biex jittejbu l-faċilitajiet ta' rmiġġ għal kruċieri f'Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow