STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
Garanzija taż-Żgħażagħ li se tkompli toffri futur liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed iħawwad ukoll fuq is-sitwazzjoni tal-qgħad fost iż-żgħażagħ b’figuri kompletament żbaljati.
Dr Busuttil qiegħed jgħid li taħt l-amministrazzjoni l-ġdida l-qgħad fost iż-żgħażagħ żdied b’elf iżda dan l-aħħar figuri ppubblikati mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ juru storja kompletament differenti.
L-aktar figuri riċenti, għal Frar 2014, jindikaw li kien hemm 443 persuna taħt l-għoxrin sena fuq ir-reġistru tal-qgħad u 827 persuna ta’ età bejn 20 u 24 sena fl-istess sitwazzjoni, għal total ta’ 1,270. Biex dawn iċ-ċifri jkunu jfissru żieda fil-qgħad ta’ elf, fi Frar 2013 suppost kellu jkun hemm 270 żagħżugħ biss jirreġistra. Fir-realtà dakinhar kien hemm 1,252 żagħżugħ jirreġistra. Iż-żieda ta’ elf żagħżugħ fuq ir-reġistru tal-qgħad hija invenzjoni ta’ Dr Busuttil. Fl-analiżi tiegħu forsi Dr Busuttil għadu influwenzat mill-istqarrijiet tal-amministrazzjoni preċedenti waqt il-kampanja elettorali li ma kien hemm l-ebda problema ta' qgħad fost iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
Il-Labour Force Survey għall-ahhar kwart tal-2013 jindika li kien hemm titijib ta’ 0.8% fir-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ Maltin, li f'Diċembru 2013 waqgħet għal 12%. L-istess studju jindika li r-rata tal-impjiegi fost dawk ta’ età bejn 15 u 24 żdiedet minn 43.2% fl-2012 għal 43.7% fl-2013. Taħt l-aħħar amministrazzjoni r-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin kienet żdiedet minn 12% ghal 14%.
Fl-ewwel parti tal-Garanzija taż-Żgħażagħ se jsir investiment ta’ €3 miljun Ewro li se jgħin lill-2,000 żgħażugħ/a jtejbu l-ħiliet tagħhom biex isibu xogħol ta’ kwalità.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en