Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-AVUKAT MICHAEL FALZON JILTAQA’ MAL-HADDIEMA TAD-DIPARTIMENT TAL-ARTIJIET

pr140856
Date Icon 23/04/2014

Is-Segretarju Parlamentari Ghall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Avukat Michael Falzon ilbieraħ iltaqa’ mal-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Artijiet, fil-Berġa ta’ Baviera, il-Belt Valletta.

L-Avukat Michael Falzon beda sabiex irringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu u saħaq fuq l-importanza tal-effiċjenza sabiex jingħata servizz bla dewmien.  Huwa qal li s-servizz lejn iċ-ċittadin għandu dejjem jinżamm bħala prijorità.

B’din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari, issa żar lill-ħaddiema kollha f’Malta illi jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu, u dana fuq il-post tax-xogħol tagħhom stess, u fil-jiem li gejjin se iżur ukoll lil dawk li huma stazzjonati f’Għawdex.

Dan juri l-impenn ta’ dan il-Gvern sabiex dejjem itejjeb il-livell ta’ servizz provdut mill-amministrazzjoni pubblika, fejn qed tingħata importanza lir-riżorsa umana.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow