IL-MINISTRU GĦAT-TURIZMU DR. EDWARD ZAMMIT LEWIS JILQA’ B’SODISFAZZJONI TITJIRA ĠDIDA MINN NANTES GĦAL MALTA MILL-KUMPANIJA TAL-AJRU TRANSAVIA
Il-Ministru għat-Turizmu Dr. Edward Zammit Lewis qal li l-ewwel titjira minn Nantes fi Franza għal Malta permezz tat-Transavia Airline, huwa sinjal ċar ta’ kemm kellu raġun il-Gvern preżenti jara li s-settur tal-avjazzjoni jkun flimkien mas-settur tat-turizmu taħt l-istess Ministeru.
‘Dan ċertament ikompli jsaħħaħ il-konnettivita’ ta’ pajjiżna bħala gżira, li jfisser li issa għandna rotta oħra għall-‘outbound tourism’ iżda iktar importanti minn hekk għandna rotta oħra minn fejn jista’ jigi turiżmu ta’ kwalità lejn pajjizna’, żied jgħid il-Ministru għat-Turiżmu.
Il-kumpanija tal-ajru Transavia tipprovdi servizzi skedati u titjiriet ‘charter’ għal aktar minn mitt destinazzjoniji. L-istess kumpanija kienet magħzula bħala l-aħjar low cost u l-aħjar ‘Charter Airline’ mis-settur tal-avjazzjoni Olandiż għal ħames snin konsekuttivi bl-aħħar waħda fl-2013.
Mal-wasla tagħhom f’Malta il-passiġġieri ġew milqugħa minn żeffiena b’kostumi tradizzjonali Maltin u ġew mogħtija fjura.
Transavia diġa’ topera titjiriet diretti lejn Malta mill-ajruporti Pariġi Orly u minn Amsterdam Schipol.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en