STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA
Delegazzjoni minn Jiangsu dwar iċ-Ċentru tal-Mediċina Ċiniża.
Il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi, kellu żjara ta’ kortesija minn delegazzjoni Ċiniża li kienet immexxija mid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Saħħa tal-Provinċja ta’ Jiangsu s-Sinjura Wang u mill-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta s-Sur Cai Jinbiao.
Il-provinċja ta’ Jiangsu, ilha għal bosta snin tipprovdi l-ispeċjalizzazzjoni għaċ-Ċentru tal-Mediċina Ċiniża f’Malta.
Il-laqgħa ffukat fuq dan iċ-ċentru fejn matulha kien ukoll innutat b’mod pożittiv li numru akbar ta’ Maltin qegħdin jirrikorru għal teknika Ċiniża ta’ kura fiċ-Ċentru Mediku ġewwa Kordin, Mater Dei u anke fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Is-Sinjura Wang esprimiet ix-xewqa li tkompli tiżdied il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi f’dan il-qasam u li ċ-Ċentru Mediku tal-Mediċina Ċiniża f’Malta jkompli jkun żviluppat. Hija saħqet li Malta għandha sistema tas-saħħa tajba u ta’ livell għoli.
Il-Ministru Konrad Mizzi minn naħa tiegħu rringrazzja lis-Sinjura Wang għaż-żjara tagħha f’Malta u anke lill-Ambaxxatur Ċiniż għax-xogħol tiegħu biex ikomplu jitkattru r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en