Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TA’ SCHOLARSHIPS BIEX IL-PAJJIZ JILĦAQ L-OGĦLA LIVELLI

pr140848
Date Icon 22/04/2014

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed iniedi żewġ skemi ta’ post-graduatescholarships sabiex jgħin aktar nies javvanzaw fl-istudji tagħhom fil-livell ta’ post-graduate u għaldaqstant, ikollna aktar nies imħarrġa u riċerkaturi sabiex insostnu l-ekonomija tagħna mibnija fuq l-għerf.


Waqt konferenza stampa ġewwa Smart City, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal li l-ekonomija ta’ għada tirrikjedi skilled jobs u għalhekk li l-Gvern qed jenfasizza fuq it-titjib tal-edukazzjoni tal-individwu.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-EU fl-2017 u Fondi Ewropej Ian Borg qal l-iskema ta’ “MASTER it!” ser tiġi estiża biex toħroġ it-tielet sejħa u ser ikun hemm disponibbli minimu ta’ €1 miljun. 


Informazzjoni dwar l-iskema:

Billi l-fondi huma minn taħt il-programm tal-Fond Soċjali Ewropew 2007-2013, kull min jixtieq japplika taħt din l-iskema irid jagħmel Masters (MQF Livell 7) u r-riżultati jridu jkunu ppubblikati sa Ottubru 2015.  Dan ifisser li l-iskema hi miftuħa għal min jixtieq jagħmel Masters ta’ bejn wieħed u ieħor ta’ sena.  Il-Masters irid jibda bejn l-1 ta’ April 2014 u Ottubru, 2014.


L-iskema “MASTER it!” ġiet imnedija s-sena l-oħra u kellha suċċess kbir.  B’kollox diġà gawdew minn din l-iskema 464 persuna li qed jistudjaw f’diversi oqsma meħtieġa u meqjusa ta’ priorità għall-iżvilupp tal-pajjiż.


Dawk kollha li mhux possibbli għalihom li jagħmlu Masters u r-riżultat tagħhom mhux possibbli li jkun ippubblikat sa Ottubru 2015 jistgħu japplikaw taħt l-iskema “Malta Government Scholarship Scheme (MGSS-PG)”.


Wara li ntlaqgħet tajjeb ħafna l-idea li min diġà għandu Masters ikun jista’ japplika biex jagħmel Masters ieħor sakemm ikun f’qasam differenti, u wara li tneħħiet il-kundizzjoni li wieħed irid ikollu l-ewwel grad universitarju biex jikkwalifika għal scholarship li jwassal għall-Masters, din is-sena qed isir żvilupp ieħor importanti f’dan il-qasam tal-MGSS-PG: din l-iskema ser tkun miftuħa għal kull min jixtieq jagħmel kwalunkwè kwalifika fil-livell ta’ MQF Livell 7. 

L-MGSS-PG tilqa’ wkoll applikazzjonijiet għal min jixtieq jistudja fil-livell ta’ dottorat (MQF Livell 8).


Barra minn hekk l-MGSS-PG huwa wkoll miftuħ għal dawk li bdew l-istudji tagħhom qabel is-sena 2014, u fil-każ tal-MGSS-PG biss, persuni li diġà bdew il-korsijiet tagħhom jistgħu japplikaw ukoll. Ċertu kundizzjonijiet japplikaw.


Il-linji gwida ta’ kif jitmexxew dawn iż-żewġ skemi, flimkien mal-formola tal-applikazzjoni jinsabu fuq is-sit elettroniku www.myscholarship.gov.mt.  Kull min ikollu xi diffikulta, jista’ jibgħat email lil myscholarship@gov.mt jew iċempel fuq in-numru 2598 2111.  Id-data tal-għeluq għaż-żewġ skemi hi l-Ġimgħa, 30 ta’ Mejju, 2014 f’nofsinhar.  Iż-żewġ skemi huma amministrati mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow