Left arrow Mur Lura

IL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI JIDDISKUTI L-POLITIKA NAZZJONALI DWAR IX-XOGĦOL

pr140847
Date Icon 22/04/2014

L-imsieħba soċjali jfaħħru u jaqblu mal-inizzjattiva tal-Gvern li tindirizza l-ħolqien ta’ aktar xogħol produttiv f’pajjiżna

F’laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), kien diskuss id-dokument dwar il-Politika Nazzjonali dwar ix-Xogħol li mistenni jkun varat fil-ġranet li ġejjin.

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli fetħet il-laqgħa billi tkellmet fuq il-ħolqien tax-xogħol u inizjattivi li jmorru man-National Employment Policy li jgħinu aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Iċ-Chairman tal-MCESD is-Sur John Benċini tkellem fuq l-importanza li din il-policy tkun diskussa ma’ min iħaddem, il-unions, il-Gvern u s-soċjetà ċivili.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-politika nazzjonali dwar ix-xogħol għandha l-għan li tgħaqqad flimkien l-iżvilupp ekonomiku, il-ġustizzja soċjali u l-ħolqien tal-ġid.

Huwa elenka diversi sfidi li l-Gvern irid jindirizza fis-suq tax-xogħol fosthom il-ħiliet ta’ bosta ħaddiema kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat u reklutaġġ ta’ ħaddiema kwalifikati li jimlew impjiegi li jinħolqu. Huwa fisser kif filwaqt li bħalissa pajjiżna għandu l-akbar ammont ta’ nies jaħdmu, hemm bżonn ta’ ħiliet fix-xogħol li jkunu aktar żviluppati flimkien ma’ work ethics aktar b’saħħitha. 

Fi preżentazzjoni li għamel lill-imsieħba soċjali, iċ-Chairman tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ l-ETC, Clyde Caruana, spjega kif filwaqt li bħalissa pajjiżna qiegħed jiġġenera l-impjiegi, hemm bżonn li tiżdied il-produttività li minnha nnifisha twassal għal żieda fil-pagi. Huwa fisser kif is-suq tax-xogħol mhuwiex biss figuri u saħaq li pajjiżna għandu bżonn ta’ investiment bla preċedent fil-kapital uman.

Intant, fl-interventi tagħhom, filwaqt li esprimew il-qbil tagħhom, l-imsieħba soċjali faħħru din l-inizzjattiva tal-Gvern li għandha l-għan li tindirizza l-ħolqien ta’ aktar xogħol produttiv f’Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow