Left arrow Go Back

IL–MINISTRU GĦAT-TURIŻMU EDWARD ZAMMIT LEWIS JILQA’ B’SODISFAZZJONI AKTAR ROTOT ĠODDA MINN PAJJIŻNA

pr140846
Date Icon 22/04/2014

Il-linja tal-ajru Wizz Air tħabbar żewġ titjiriet ġodda fil-ġimgħa mill-Polonja għal Malta

Dr Edward Zammit Lewis wera sodisfazzjon għall-aħbar pożittiva li l-Wizz Air ser iżżid rotot ġodda, fosthom titjiriet ġodda mill-Polonja għal Malta, b’hekk ser iżid l-aċċessibilità u swieq ġodda. Malta ser tibda tgawdi minn żewġ titjiriet fil-ġimgħa mil-belt ta’ Gdansk. Dan is-servizz ser jibda mill-20 ta’ Ġunju 2014 u jopera kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa. Il-Wizz Air hija l-akbar kumpanija tal-ajru low-cost fl- Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li din l-aħbar hija pożittiva għaliex Gdansk jinsab fit-Tramuntana tal-Polonja, filwaqt li Malta permezz tar-Ryanair tkun aċċessibbli minn Nofsinhar u Lbiċ, mill-ajruporti ta’ Krakow u Wroclaw rispettivament. Dan jawgura tajjeb f’terminu t’aċċessibilità mit-Tramuntana tal-Ewropa u minn pajjiż b’popolazzjoni t’aktar minn 38 miljun.  Il-kumpanija topera t-tip Airbus 320 minn 17-il bażi u toffri ’l fuq minn 300 rotta, li jagħqdu ’l fuq minn 96 destinazzjoni f’35 pajjiż.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis ħabbar li r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi kibret tul din l-aħħar sena fil-qasam tal-avjazzjoni, u minbarra li l-Air Malta hija mistennija li tagħmel xi numru ta’ titjiriet charter lejn l-ajruport ta’ Lodz li jinsab fiċ-ċentru tal-Polonja, dan l-aħħar ġie diskuss interess bejn iċ-ċentru tal-innovazzjoni fl-aerospace Malti ma’ kumpanija Polakka. Il-Gvern ser ikompli jaħdem għat-tkabbir tat-turiżmu, iżda aktar importanti hija d-diversifikazzjoni u l-espansjoni mis-swieq regolari u tradizzjonali tagħna. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow