DISKUSSA L-KOLLABORAZZJONI EKONOMIKA BEJN MALTA U TENERIFE
Is-Segretarju Parlamentari għal-Kompetittivita' u Tkabbir Ekonomiku José Herrera ddiskuta l-possibilta' ta' kollaborazzjoni ekonomika bejn Malta u Tenerife, l-ikbar u l-aktar gżira popolata fil-gżejjer Kanarji.
Dan waqt li l-Assessur tal-Kultura Cristobal La Rocha irreċiproka ż-żjara diplomatika li s-Segretarju Parlamentari għamel meta kien f'Tenerife.
Fost it-temi diskussi kien hemm is-settur marittimu, fejn sar skambju ta' ideat tal-mod li bih jitħaddem il-kunċett ta' port ħieles fiż-żewġ gżejjer. Is-Segretarju Parlamentari stqarr li l-ġemellaġġ li Malta u Tenerife għandhom fejn jidħlu yacht clubs għandu jintuża bħala mudell ta' kif tista' ssir aktar kollaborazzjoni.
Ġew diskussi wkoll il-casinos u José Herrera spjega kif s-suq Malti jirċievi ħafna klijenti mill-ġirien Taljani. Esprima r-rieda li jassisti lill-Awtorita' Dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA) fit-twaqqif ta' fond favur logħob responsabbli, b'mod partikolari wara l-irregolaritajiet kbar li rriżultaw fil-mod li bih l-amministrazzjoni preċedenti kienet tmexxi l-Fond Għal Kawżi Ġusti.
Is-Segretarju Parlamentari Herrera stqarr li l-qliegħ iġġenerat mil-logħob għandu jintuża fost oħrajn għal skopijiet ta' kultura. Ir-rappreżentati taż-żewġ gżejjer qablu li jista' jsir skambju ta' ideat f'dan il-qasam ukoll, fosthom bi skambju ta' studenti li jispeċjalizzaw f'oqsma bħall-arkivjar.
Magħtul iż-żjara tiegħu lis-Segretarju Parlamentari Malti, l-Assessur tal-Kultura ta' Tenerife kien akkumpanjat fost oħrajn mill-Ambaxxatur għal Spanja f'Malta, ET Dr Felipe de la Morena.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en