Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI, L-AVUKAT MICHAEL FALZON JILTAQA’ MAL-FONDAZZJONI DIN L-ART ĦELWA

pr140836
Date Icon 22/04/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-avukat Michael Falzon, kellu laqgħa mal-fondazzjoni Din l-Art Ħelwa, fil-berġa ta’ Kastilja.

Is-Sinjura Simone Mizzi, president ezekuttiv tal-fondazzjoni, bdiet billi irringrazzjat lill-avukat Michael Falzon talli għamel l-appuntament għal-laqgha f’qasir żmien, kif ukoll xtaqitlu l-isbaħ xewqat għall-kariga ġdida tiegħu.

Hija rreferiet għall-ħidma ta’ restawr illi saret fuq 39 sit storiku, kif ukoll għar-restawr u konservazzjoni li qed isir bħalissa fuq il-kappella tal-vitorja.  Ir-restawr fuq din il-knisja huwa vast ħafna, peress li hemm diversi tipi ta’ xogħol involut.

L-avukat Michael Falzon irrefera wkoll għar-relazzjoni tajba li hemm bejn il-Fondazzjoni Din l-Art Ħelwa u l-MEPA, fejn din ta’ l-aħħar anke assistiet lill-fondazzjoni fir-restawr ta’ din il-kappella. 

Minn naħa tagħha is-sinjura mizzi uriet ix-xewqa li s-Segretarju Parlamentari isib iċ-ċans fil-futur qarib biex iżur din il-ġawhra storika; stedina illi huwa aċċetta mill-ewwel.

Il-laqgħa tkompliet biex ġew diskussi diversi ideat kif għandha titkompla tissaħħaħ din ir-relazzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari ikkonkluda billi fakkar fl-importanza tal-iżvilupp  u l-ħarsien ambjentali, f’sens leali lejn il-mandat tal-poplu Malti u Għawdxi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow