Left arrow Go Back

IL-LIĠI DWAR L-UNJONI ĊIVILI HIJA BISS L-EWWEL PASS TA’ DAN IL-GVERN FEJN JIDĦLU DRITTIJJIET TAL-MINORANZI – MINISTRU HELENA DALLI

pr140832
Date Icon 21/04/2014

Il-Gvern ma jaqbilx ma’ leġiżlazzjoni favur l-Abort

Il-liġi dwar l-Unjoni Ċivili li l-Parlament approva bħal-lum tmint ijiem hija biss l-ewwel pass ta’ dan il-Gvern fejn jidħlu drittijiet tal-minoranzi.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Belt Valletta, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli fissret kif bl-astensjoni kollettiva tagħha, l-Oppożizzjoni mmexxija minn Simon Busuttil marret lura mill-pożizzjoni li kien ħa dwar din il-materja l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Hija fakkret kif Dr Gonzi kien ċar ħafna fi kliemu meta kien qal li fejn tidħol adozzjoni minn koppji gay, huma l-esperti li jiddeċiedu fl-interess tat-tfal hi x’inhi l-orjentazzjoni sesswali ta’ min qiegħed jadotta. Madanakollu, issa l-Kap tal-Oppożizzjoni spiċċa jakkuża lill-Gvern talli qed iwettaq dak li kien imwiegħed.

Dr Dalli spjegat kif il-liġi dwar l-unjoni ċivili hija waħda komprensiva li tħares ’il quddiem. Hija saħqet kif fejn jidħlu drittijjiet tal-minoranzi, il-Gvern mhux se jieqaf hawn, tant li diġà beda x-xogħol fuq żewġ liġijijet oħra waħda dwar il-koabitazzjoni u oħra dwar l-identità tal-ġeneru.

Fl-istess ħin, il-Ministru Dalli qalet li l-Gvern ma jaqbilx ma’ leġiżlazzjoni favur l-abort.

Il-Ministru Dalli esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li l-Gvern għamel pass ieħor fejn jidħlu libertajiet ċivili fl-istess ħin li qalet li tittama li għall-futur, l-Oppożizzjoni taġixxi b’mod li tifhem is-sitwazzjonijiet ta’ dawk in-nies li għalihom il-Gvern ikun qiegħed jilleġiżla bħalma ġara fil-passat fejn kienu Gvernijiet Laburisti l-katalisti fuq drittijiet ċivili.

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm diversi rappreżentanti mill-Kumitat Konsultattiv.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow