FEDERICA FALZON, REBBIEĦA TAL-PROGRAMM ‘TI LASCIO UNA CANZONE 2014’ TAGĦMEL ŻJARA LILL-PRIM MINISTRU JOSEPH MUSCAT
Illum, il-kantanta Federica Falzon, rebbieħa ta’ Programme tar-RAI ‘Ti Lascio una Canzone 2014’ għamlet żjara ta’ kortesija lill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat fil-Berġa ta’ Kastilja.
Dr. Muscat feraħ lis-Sinjorina Falzon għas-suċċess li kisbet filwaqt li poġġiet lil Malta f’dan il-programm tant prestiġġjuż li għandu udjenza televiżiva kbira. Il-Prim Ministru jinsab kuntent għal mod kif intlaqgħet Federica Falzon fl-ajruport mal-wasla tagħha lura Malta.
Il-Prim Ministru, flimkien mal-Ministru responsabbli mill-Kultura, Dr Owen Bonnici, ippreżenta bukkett fjuri lis-Sinjorina Falzon u rigal b’sinjal ta’ rikonoxximent għas-suċċess tagħha fl-Italja.
Filwaqt li inkoraġġiha żżomm l-istess spirtu u enerġija li wriet fis-serata finali tal-programm, assiguraha li l-Gvern ser jagħti l-appoġġ tiegħu f’impenji tal-kant oħra fil-ġejjieni partikolarment jekk jirnexxielha tirbaħ festivals oħra f’isem Malta.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-ġenituri tal-kantanta kif ukoll l-għalliema tal-kant tagħha s-Sinjorina Gillian Attard.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en