Left arrow Mur Lura

FEDERICA FALZON TAGĦMEL ĠIEĦ LIL PAJJIŻNA B’SUĊĊESS F’TI LASCIO UNA CANZONE

pr140828
Date Icon 20/04/2014

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici feraħ mill-qalb f’isem il-poplu Malti u Għawdxi lil Federica Falzon li rebħet il-finali tal-programm popolari Taljan Ti Lascio Una Canzone.

Federica, flimkien mal-kollega tagħha Vincenzo Carni, tat interpretazzjoni impekkabbli fiż-żewġ diski li pparteċipat bihom fil-finali u bla dubju għolliet l-isem ta’ pajjiżna ’l fuq quddiem miljuni ta’ telespettaturi.

Il-Gvern jawgura lil Federica għas-serata speċjali u unika li jmiss tal-programm Ti Lascio Una Canzone li se tiġbor flimkien ir-rebbieħa kollha tal-edizzjonijiet kollha tal-aħħar seba’ snin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow