45 KANTANT U MUŻIĊIST MALTI SE JIPPARTEĊIPAW F’KUNĊERT TA’ DISKI TAL-BEATLES FI SMART CITY
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici nieda inizjattiva tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali Maltin - kunċert u spettaklu bil-mużika tal-Beatles, The Beatles 1 Album Live, li ser isir fis-26 t’April fi Smart City.
Dan se jkun kunċert li fih ser jindaqqu d-diski kollha ta’ dan il-grupp li telgħu fl-ewwel post.
Il-Ministru Owen Bonnici sostna iżda li l-akbar sodisfazzjon għalih huwa li fil-kunċert ser jieħdu sehem 45 kantant u kantanta flimkien ma mużiċisti Maltin.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru sostna li iċ-ċelebrazzjonijiet huma tan-nazzjon, mhux ta’ partit jew ieħor u stqarr li din is-sena toffri opportunita tad-deheb sabiex insedqu l-għaqda fid-diversita, ir-rispett lejn xulxin permezz tal-għozza għal dak li jagħmilna min aħna.
Intant, il-programm artistiku ta’ ċelebrazzjonijiet imħejji mill-FĊN fih ’il fuq minn 60 attività, li jvarjaw minn kull tip ta’ arti u g kull tip ta’ arti u performing arts għal spettakli, kunċerti u festivals, seminars u anke kotba. Mit-tradizzjonali għall-avant garde b’attivitajiet għat-tfal, għall-anzjani u għal kull min jaqa’ bejniethom fl-eta’.
Id-dħul għall-kunċert se jkun bla ħlas.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en