Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU JŻUR LILL-MALTA AIR TRAFFIC SERVICES U D-DIRETTORAT TAL-AVJAZZJONI ĊIVILI

pr140822
Date Icon 18/04/2014

“Is-settur tal-avjazjoni għandu potenzjal ta’ tkabbir kbir għall-pajjiżna”

Waqt żjara li l-Ministru għat-Turiżmu l-avukat Edward Zammit Lewis għamel fil-bini tal-Malta Air Traffic Services, kien spjegat kemm il-kumpanija qed tiffaċċja sfidi kontinwi, u investiment ma jieqaf qatt.  Minbarra r-radar li għadu kemm ġie inawgurat ftit taż-żmien ilu f’Hal Far, fil-ġimgħat li ġejjin huwa mistenni li jibda l-bini ta’ radar ieħor fil-Fawwara.   Il-kumpanija qed tkompli tinvesti fir-riżors uman tagħha, speċjalment f’dak li huwa taħriġ. Il-Bord tad-Diretturi ppreżenta l-ħidmiet differenti li qed jagħmel, fosthom bi preparazzjoni għal servizzi ċentralizzati preżentati ftit tax-xhur ilu min Eurocontrol. Il-Kap Eżekuttiv tkellem fuq il-ħidma kontinwa sabiex il-kumpanija zżomm l-aqwa ‘safety standards’, u l-arranġamenti kontinwa mal-pajjiżi ta’ madwarna fosthom l-Italja, l-Libja, l-Greċja u Ċipru.  Il-Ministru għalaq bi żjara lill-ħaddiema fl-‘area control centre’ u t-torri tal-kontroll.

Il-Ministru żar wkoll d-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili, fejn f’laqgħa mad-Direttur Ġenerali ddiskuta l-andament fix-xogħol tar-regolatur.  Huwa tkellem dwar ir-rispons pożittiv li kellu mill-operaturi rigward il-ħaddiema, filwaqt li semma wkoll li oħrajn stqarru fuq il-bżonn immedjat fit-tisħiħ tal-istess regolatur.  Il-Ministru ltaqa’ mal-ħaddiema f’kull sezzjoni, fejn tkellem fuq affarijiet kurrenti u dawk futuri mistennija mir-regolatur, fosthom it-tiġdid f’regolamenti mposti mill-Unjoni Ewropeja sa’ Ottubru li ġej.  Ix-xejra ekonomika preżenti hija waħda pożitiva u għaldaqstant s-supervizjoni ghandha tadatta, stqarr wieħed mill-impjegati.   

Il-Ministru wera biċ-ċar li hu qed iħares lejn is-settur tal-avjazzjoni bħala settur li potenzjalment jista’ jikber fis-snin li ġejjin. Huwa saħaq illi għandna nkomplu nattiraw aktar investiment f’dan is-settur, kif ukoll inħejju lill-ħaddiema tagħna bil-kapaċitajiet varji sabiex jiġu assorbiti minn din l-industrija. Dan għandu jsir ukoll billi bħala Gvern insaħħu l-istrutturi tagħna sabiex nagħtu servizz profesjonali lil min jogħġbu jiġi jinvesti f’pajjiżna. Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis ikkonkluda billi qal illi dawn ser jkunu il-prijoritajiet tiegħu fiż-żmien li ġej.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow