Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, L-INNOVAZZJONI, IŻ-ŻGĦAZAGĦ U L-ISPORT CHRIS AGIUS JIPPREŻENTA L-FONDI TAL-ISKEMA BE ACTIVE

pr140817mt
Date Icon 17/04/2014

“Il-Volontarjat huwa mezz nobbli li permezz tiegħu ż-żgħażagħ jagħtu u joffru s-servizz u l-ħin tagħhom għall-ġid u l-iżvilupp kontinwu tas-soċjeta.  Jien nemmen li jekk inrawmu din il-kultura fiż-żgħażagħ tagħna, nkunu qed ninvestu fis-socjeta’ tagħna.”

Dan qalu Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħazagħ u l-Isport, waqt is-serata ta’ għoti ta’ fondi relatati mal-iskema Be Active.  L-iskema Be Active, hija parti mill-għajnuna li Aġenzija Żgħażagħ tagħti lill-gruppi ta’ żgħażagħ li jkunu proponew ideat għall-inizjattivi volontarji li jistgħu jsiru bi sħab mal-istess Aġenzija.  L-inizzjattiva trid tkun relatata ma’ waħda mis-sitt temi magħżula minn Aġenzija Żgħażagħ.  It-temi kienu:  No Hate Speech Movement Campaign, Ċittadinanza Attiva, Il-Vot ta’ 16-il sena, L-Illitterizmu, L-Obeżita u l-Intraprenditorija.

Il-gvern huwa kommess li jagħti aktar spazju liż-żgħażagħ u fl-istess ħin joħloq aktar opportunitajiet biex dawn iż-żgħażagħ jkunu kreattivi u innovattivi.   L-iskema Be Active hija waħda minn dawn l-opportunitajiet li ż-żgħażagħ jistgħu jieħdu.  Fl-istess ħin, il-gruppi li jimbarkaw fuq skemi bħal dawn jafu li jistgħu jsibu l-għajnuna u s-sapport meħtieġ minn Aġenzija Żgħażagħ.  Is-Segretarju Parlamentari saħaq wkoll fuq l-importanza li ħadd ma jibqa’ barra mill-għarfien dwar inizzjattivi ta’ din ix-xorta, u allura is-Segretarjat immexxi minnu flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ taħt it-tmexxija ta’ Miriam Theuma ser jkunu minn tal-ewwel biex jiżguraw li aktar żgħażagħ jipparteċipaw f’inizzjattivi komunitarji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow