AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u tal-Kumitati Amministrattivi għall-Komunitajiet - Mejju 2014
Verifika ta’ kif se jidher l-isem tal-Kandidat fuq il-Polza tal-Votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-kandidati li ser jikkontestaw l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u tal-Kumitati Amministrattivi għall-Komunitajiet illi huma jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Evans Building, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta, nhar it-Tlieta, 22 ta’ April, 2014, bejn id-9.00 am u n-12.30 pm u mis-2.00 pm sal-5.00 pm, kif ukoll nhar l-Erbgħa, 23 ta’ April, 2014, bejn id-9.00 am u nofsinhar, ħalli jivverifikaw kif ser jidher isimhom fuq il-polza tal-votazzjoni. Il-kandidati Għawdxin jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita’, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess jiem u ħinijiet.
Kull talba għal xi oġġezzjoni, żieda, tnaqqis jew korrezzjoni fuq il-polza tal-votazzjoni għandha tasal bil-miktub, għand il-Kummissjoni Elettorali sal-Ħamis, 24 ta’ April, 2014, sa nofsinhar.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en