Left arrow Mur Lura

IL-MINSITRU GEORGE VELLA JATTENDI GHALL-LAQGĦA TAL-MED 7 FI SPANJA

pr140812
Date Icon 17/04/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, it-Tabib George W Vella, il-bieraħ attenda l-laqgħa informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi tal-Mediterran membri tal-Unjoni Ewropea, magħrufin bħala l-Med 7, li saret f’Alicante, Spanja.

F’parti mil-laqgħa, il-Ministri ltaqgħu mas-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran, Fathallah Sijilmassi, u ddiskutew miegħu kif, flimkien mal-5+5, jistgħu isiru proġetti għall-iżvilupp tal-pajjiżi tan-naħa ta’ isfel tal-Mediterran. Il-Ministru Vella saħaq li meta l-Unjoni għall-Mediterran iffukat fuq il-proġetti kisbet suċċess. F’dal-kuntest, ġie diskuss ukoll kif l-Unjoni għall-Mediterran, flimkien ma’ dan il-Grupp, tista’ b’xi mod tgħin fil-problemi li jeżistu fil-Lvant Nofsani u l-iżvilupp in ġenerali tal-Mediterran.

Il-Ministri ddiskutew il-problema tal-immmigrazzjoni rregolari u qablu fuq dikjarazzjoni li tagħmel emfasi fuq is-solidarjeta’, it-tqassim ġust tar-responsabbilta’ għall-immigranti, ir-rilokazzjoni u r-ripatriazzjoni ta’ dawk l-immigranti li ma jkunux ingħataw ażil.

Il-Ministri tkellmu wkoll dwar is-sitwazzjoni fl-Ukranja u rriaffermaw is-sapport tagħhom għall-għaqda, s-sovranita’, l-indipendenza u l-integrita’ territorjali ta’ dan il-pajjiż. Huma appellaw lin-naħat kollha nvoluti f’din il-kwistjoni, partikolarment lir-Russja, biex inaqqsu t-tensjoni u awguraw li l-laqgħa importanti li se ssir għada f’Geneva tħalli l-frott mixtieq.

Fuq suġġeriment li kien għamel il-Ministru Vella biex is-sitwazzjoni fil-Libja titpoġġa fuq l-agenda ta’ din il-laqgħa, il-Ministri ddiskutew fit-tul kif jistgħu jġħinu lil-Libja tikseb l-istabbilta’ politika u istituzzjonali li għandha bżonn. 

Il-Ministri rreferew ukoll għall-Association Council li sar mat-Tuneżija nhar it-Tnejn fi Brussell u ddiskutew kif jistgħu jgħinu lil dan il-pajjiż fit-transizzjoni politika li għaddej minnha. Il-Ministri tkellmu wkoll dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi oħra li jeffettwaw is-sigurta’ u l-istabbilita’ fil-Mediterran.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow