STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
pr140809
16/04/2014
14
Erba’ Niġerjani RipatrijatiWara li lbieraħ intbagħtu lura 10 immigranti irregolari lura lejn il-Ghana, illum intbagħtu erba’ Niġerjani bil-għan li jkunu ripatrijati wara li ġiet irrifjutata l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil.
Fis-17 ta' April 2014, ser issir operazzjoni konġunta ta' ritorn (Joint Flight) organizzata mill-Olanda bil-koordinament tal-Aġenzija Ewropea tal-Fruntieri, il-Frontex. Id-destinazzjoni ta' din l-operazzjoni ser tkun Lagos, fin-Niġerja.
It-titjira ser titlaq mill-Olanda b'waqfa f’Madrid biex imbagħad tkompli għad-destinazzjoni finali tagħha, Lagos.
Għal dan il-għan, fis-2.30 p.m. tal-lum telqet minn Malta it-titjira destinata għal Madrid. Minn Madrid, l-immigranti u l-iskorta tal-Pulizija Maltija jimbarkaw it-titjira konġunta u jkomplu għad-destinazzjoni tagħhom ma’ immigranti u skorti ohra li telqu minn pajjizi Ewropew oħra.
Biex issir din ir-ripatrijazzjoni, fil-ġimgħat li għaddew, il-Pulizija f’ħidma konġunta mal-Gvern, stiednu f’Malta rapprezentanti tal-awtoritajiet tan-Niġerja sabiex jikkollaboraw u wara li saru l-verifiki opportuni, ħarġu dokumentazzjoni ta' vjaġġar neċessarji lill-immigranti rispettivi, li rriżulta li ġejjin minn dan il-pajjiż. Dan sar wara li t-talba tagħhom għall-ażil kienet ġiet rifjutata.
Din il-ħidma mal-awtoritajiet Niġerjani ser tkompli wara l-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat mill-Gvern Malti ma' dak tan-Niġerja waqt is-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika. Fil-MOU jiġi zgurat li l-immigranti jiġu ttrattati b'rispett sħiħ lejn id-drittijiet tal-bniedem u anke re-integrazzjoni lura fis-soċjetà fin-Niġerja.
Parti sostanzjali mill-ispejjez għal din l-operazzjoni ta' ritorn minn Malta għan-Niġerja jitħallsu minn fondi Ewropew.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en