Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr140809
Date Icon 16/04/2014

14

Erba’ Niġerjani Ripatrijati

Wara li lbieraħ intbagħtu lura 10 immigranti irregolari lura lejn il-Ghana, illum intbagħtu erba’ Niġerjani bil-għan li jkunu ripatrijati wara li ġiet irrifjutata l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil.

Fis-17 ta' April 2014, ser issir operazzjoni konġunta ta' ritorn (Joint Flight) organizzata mill-Olanda bil-koordinament tal-Aġenzija Ewropea tal-Fruntieri, il-Frontex. Id-destinazzjoni ta' din l-operazzjoni ser tkun Lagos, fin-Niġerja.

It-titjira ser titlaq mill-Olanda b'waqfa f’Madrid biex imbagħad tkompli għad-destinazzjoni finali tagħha, Lagos.  

Għal dan il-għan, fis-2.30 p.m. tal-lum telqet minn Malta it-titjira destinata għal Madrid.  Minn Madrid, l-immigranti u l-iskorta tal-Pulizija Maltija jimbarkaw it-titjira konġunta u jkomplu għad-destinazzjoni tagħhom ma’ immigranti u skorti ohra li telqu minn pajjizi Ewropew oħra.

Biex issir  din ir-ripatrijazzjoni, fil-ġimgħat li għaddew, il-Pulizija f’ħidma konġunta mal-Gvern, stiednu f’Malta rapprezentanti tal-awtoritajiet tan-Niġerja sabiex jikkollaboraw u wara li saru l-verifiki opportuni, ħarġu dokumentazzjoni ta' vjaġġar neċessarji lill-immigranti rispettivi, li rriżulta li ġejjin minn dan il-pajjiż.  Dan sar wara li t-talba tagħhom għall-ażil kienet ġiet rifjutata.

Din il-ħidma mal-awtoritajiet Niġerjani ser tkompli wara l-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat mill-Gvern Malti ma' dak tan-Niġerja waqt is-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika. Fil-MOU jiġi zgurat li l-immigranti jiġu ttrattati b'rispett sħiħ lejn id-drittijiet tal-bniedem u anke re-integrazzjoni lura fis-soċjetà fin-Niġerja.

Parti sostanzjali mill-ispejjez  għal din l-operazzjoni ta' ritorn minn Malta għan-Niġerja jitħallsu minn fondi Ewropew.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow