Left arrow Go Back

RISPONS QAWWI DWAR IR-RIFORMA TAL-GWARDJANI LOKALI

pr140804
Date Icon 16/04/2014

Kienu bosta dawk li taw il-kummenti, ressqu l-ilmenti u għamlu s-suġġerimenti waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni li għaddej dwar ir-riforma tal-Gwardjani Lokali.

Filwaqt li rringrazzja lill-pubbliku u lil dawk kollha li pparteċipaw, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo ħabbar li, peress li r-rispons kien wieħed qawwi, u għad fadal min jixtieq jikkontribwixxi f’din ir-riforma, il-proċess ta’ konsultazzjoni, li kellu jiskadi fit-18 t’April, qiegħed jiġi estiż sal-aħħar ta’ April.

B’hekk, kulħadd jingħata ċ-ċans li jagħmel il-proposti. Kull min jixtieq jgħaddi l-ideat huwa mitlub jagħmel dan sal-aħħar ta’ April:

Permezz ta’ email fuq:      info@riformagwardjanilokali.com

jew fuq il-facebook:          www.facebook/riformagwardjanilokali.com

jew iċemplu fuq in-numru: 22002308

Aktar informazzjoni tinsab fuq il-website:  www.riformagwardjanilokali.com

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow