Left arrow Mur Lura

Is-segretarju parlamentari, l-avukat michael falzon jiltaqa’ mal-Ħaddiema tal-istamperija tal-gvern

pr140801
Date Icon 16/04/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Avukat  Michael Falzon, għamel żjara fl-istamperija tal-gvern u ltaqa’ mal-management u l-istaff kollu tal-istess stamperija.

Waqt iż-żjara tiegħu ġie spjegat lilu  t-tipi ta’ xogħolijiet diversi li jiġu stampati f’din l-istamperija.   Huwa saħaq fuq l-importanza tal-esperjenza li għandhom il-ħaddiema ta’ din l-istamperija, u l-effiċjenza fil-produzzjoni tax-xogħol tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari faħħar is-servizz tagħhom li qal, huwa ta’ importanza għall-gvern tul is-sena kollha,  b’mod speċjali waqt  proċessi elettorali bħal ma l-pajjiż jinsab fih bħalissa.

Huwa kkonkluda billi saħaq fuq l-aspett ta’ għaqda fost il-ħaddiema u l-lealta’, illi għandhom dejjem jinzammu prijorita’ waqt il-ħidma tagħhom. 

B’mod partikolari wera l-apprezzament tiegħu anke għall-aspett edukattiv, fejn fl-istess stamperija bħalissa hemm żewġ apprentisti li qed jieħdu t-taħriġ tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow