STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Għaxar immigrant ta’ nazzjonalità Ghaniża ġew ripatrijati lejn il-kapitali tal-Ghana, Accra. Dan qed isir wara sforzi diplomatiċi tal-Gvern Malti u permezz ta’ applikazzjoni ta’ programm ta’ ripatrijazzjoni tal-Unjoni Ewropea meta immigranti ma jkunux ingħataw stat ta’ ażil jew protezzjoni.
It-titjira telqet nhar it-Tlieta, 15 ta’ April, 2014 organizzata mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni.
L-għaxar (10) immigranti ta’ nazzjonalità Ghaniza kienu akkumpanjati minn numru ta’ pulizija.
It-titjira KM 7488 tal-Air Malta telqet fis-2.30am u issa l-immigranti waslu fid-destinazzjoni tagħhom.
Din it-titjira setgħet iseħħ wara li fil-ġimgħat li għaddew, il-Pulizija flimkien mal-Gvern, irċeviet numru ta’ dokumenti ta’ identità tal-immigranti mill-awtoritajiet tal-Ghana. Dan sar wara stedina biex rappreżentanti tal-Ambaxxata Ghaniża fi Tripoli setgħu jiġu Malta u jagħmlu il-verifiki tagħhom għal dan l-iskop.
Parti sostanzjali mill-ispejjeż ta’ din it-titjira jinħarġu minn fondi Ewropej. Ġie assigurat li l-persuni ripatrijati jiġu mħarsa u trattati b'mod dinjituż skont id-drittijiet tal-bniedem.
Fil-ġimgħat li għaddew il-Prim Ministru kellu laqgħa bilaterali mal-President tal-Ghana waqt is-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika fejn ġiet diskussa l-kwistjoni ta’ ripatrijazzjoni ta’ persuni mill-Ghana li ma jingħatawx status ta’ ażil.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en