Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr140799
Date Icon 15/04/2014

Għaxar immigrant ta’ nazzjonalità Ghaniża ġew ripatrijati lejn il-kapitali tal-Ghana, Accra. Dan qed isir wara sforzi diplomatiċi tal-Gvern Malti u permezz ta’ applikazzjoni ta’ programm ta’ ripatrijazzjoni tal-Unjoni Ewropea meta immigranti ma jkunux ingħataw stat ta’ ażil jew protezzjoni.

It-titjira telqet nhar it-Tlieta, 15 ta’ April, 2014 organizzata mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni.  

L-għaxar (10) immigranti ta’ nazzjonalità Ghaniza kienu akkumpanjati minn numru ta’ pulizija.

It-titjira KM 7488 tal-Air Malta telqet fis-2.30am u issa l-immigranti waslu fid-destinazzjoni tagħhom. 

Din it-titjira setgħet iseħħ wara li fil-ġimgħat li għaddew, il-Pulizija flimkien mal-Gvern, irċeviet  numru ta’ dokumenti ta’ identità tal-immigranti mill-awtoritajiet tal-Ghana.  Dan sar wara stedina biex rappreżentanti tal-Ambaxxata Ghaniża fi Tripoli setgħu jiġu Malta u jagħmlu il-verifiki tagħhom għal dan l-iskop.

Parti sostanzjali mill-ispejjeż ta’ din it-titjira jinħarġu minn fondi Ewropej. Ġie assigurat li l-persuni ripatrijati jiġu mħarsa u trattati b'mod dinjituż skont id-drittijiet tal-bniedem.  

Fil-ġimgħat li għaddew il-Prim Ministru kellu laqgħa bilaterali mal-President tal-Ghana waqt is-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika fejn ġiet diskussa l-kwistjoni ta’ ripatrijazzjoni ta’ persuni mill-Ghana li ma jingħatawx status ta’ ażil.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow