Left arrow Mur Lura

FTEHIM LI SE JKUN TA’ BENEFIĊĊJU GĦAL ŻVILUPPATURI U GĦAL KUMPANIJI LI JIMMANIFATTURAW L-GĦAMARA

pr140796
Date Icon 15/04/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona ppresjeda fuq l-iffirmar ta’ ftehim li permezz tiegħu l-Malta Furniture Manufacturing Organisation ssieħbet mal-Malta Developers Association.

“Il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ partijiet għandha sservi biex il-Malta Developers Association tkompli tkun vuċi b’saħħitha kif ukoll link aktar effettiv bejn l-Awtoritajiet, l-Iżvillupaturi u wara dan il-ftehim anke mal-kumpaniji fis-settur tal-għamara”, saħaq il-Ministru Cardona.

Din is-sħubija għandha tgħin ukoll biex jitjieb in-network bejn l-intrapriża tal-kostruzzjoni u dik tal-għamara, li llum saru jaħdmu viċin xulxin. Il-Ministru qal li l-Malta Developers Association għandha tkompli tiftaħ il-bibien tagħha lil oqsma oħra li huma involuti fis-settur tal-kostruzzjoni.

“Dan il-Gvern jemmen li s-settur tal-Kostruzzjoni huwa settur importanti ħafna għal ekonomija tal-pajjiż. Filfatt dan is-settur jirrapreżenta madwar 4% tal-valur miżjud fl-ekonomija kif ukoll iħaddem mat-12,000 ruħ b’mod dirett u ħafna iktar b’mod indirett” qal il-Ministru Cardona. 

Dan il-Gvern, konxju mill-isfidi li qed jiffaċċa dan is-settur, ħa azzjoni mill-bidu biex terġa’ tingħata il-ħajja b’mod sostenibbli lil dan is-settur. Il-Ministru semma r-roħs fit-tariffi tal-MEPA, il-Global Residence Programme, inċentivi ġodda għal min ħa jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu u anke l-Programm ta’ Ċittadinanza b’investiment.

“Dan kollu diġà qiegħed jħalli l-frott tiegħu filfatt il-valur tal-proprjetà fis-sena 2013 żdied b’medja ta’ 2.1% meta kkumparat mal-medja ta’ 0.5% fis-sena 2012” qal il-Ministru Cardona. Dan filwaqt li saħaq li fadal ħafna aktar xi jsir.

Huwa sostna li l-inizjattivi meħuda mill-Malta Developers Association u Malta Furniture Manufacturing  Organisation għandha tkompli tikkumplimenta l-ħidma tal-Gvern.

L-iffirmar tal-ftehim sar fil-preżenza tal-President tal-Malta Developers Association is-Sur Sandro Chetcuti u l-President Malta Furniture Manufacturing Organisation, is-Sur Stephen Azzopardi, f’ċerimonja li saret fil-kumpanija tal-għamara St. Anthony Woodworks, fil-Mosta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow