Left arrow Go Back

AKTAR KONSOLIDAZZJONI FL-AMMINISTRAZZJONI TAL-FONDI EWROPEJ

pr140794
Date Icon 15/04/2014

“Biex ikun hemm tisħiħ u titjib fil-governanza teknika fl-użu tal-Fondi Ewropej, issa l-Awtorità ta' Ġestjoni għall-Fond għall-Iżvilupp Rurali qed jagħmel parti mid-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Dr Ian Borg waqt li kien qed jindirizza konferenza stampa fiż-żona tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi flimkien mas-Sindku u l-Kunsilliera Lokali fejn ġie mħabbar proġett ta’ tisbiħ f’din iż-żona.

Dr Borg qal li l-għan ta’ dan il-proġett huwa li jitranġaw il-mogħdijiet taż-żewġ naħat li jwasslu għal ħdejn is-salib, jirrijabilita s-sit minn ħdejn il-Kappella sas-Salib,  kif ukoll iwaqqaf amenities oħrajn kemm fissi bħalma huma bankijiet, kif ukoll stands temporanji li jistgħu jintużaw għall-attivitajiet kulturali u folkloristiċi. B’hekk ikun aktar faċli għall-viżitaturi li jgawdu mis-sbuħija ta’ dan is-sit.

Biex jiġi mwettaq dan il-proġett il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi bbenefika ftit inqas minn €300,000 mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali permezz tal-programm Leader u x-xogħlijiet fuq dan mistennija li jibdew fi żmien ġimagħtejn u jitlestew sal-aħħar tas-sena.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan il-fond huwa l-fond ideali għall-Kunsilli Lokali u Għaqdiet mhux Governattivi sabiex iwettqu proġetti favur il-komunitajiet tagħhom. Fil-fatt bħalissa għaddej proġett ieħor f’dawn l-akwati fuq l-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli fejn qed isir tisbiħ fl-area permezz ta’ nofs miljun Ewro mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali.

Dr Borg  fakkar ukoll kif fis-seba’ snin li ġejjin dan il-programm se jkun ta’ €138 miljun.

Matul din il-konferenza tal-aħbarijiet is-Sindku tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ta wkoll dettalji dwar l-attivitajiet tal-Ġimgħa l-Kbira fis-Siġġiewi b'mod partikolari l-mixegħla tas-Salib tal-Għolja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow