L-AWTORITÀ DWAR IL-MEDIĊINI SSAĦĦAĦ IL-KWALITÀ U TINGĦATA ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI
L-Awtorità dwar il-Mediċini kienet iċċertifikata l-International Standard Organisation 9001:2008, ċertifikat li juri l-impenn tagħha sabiex tilħaq il-bżonnijiet u l-aspettattivi tal-istakeholders u sabiex tassigura l-kwalità fil-proċessi u r-riżultati tagħha.
Is-Sur Joe Camilleri, Segretarju Permananent għall-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili qal li dan iċ-ċertifikat ikabbar il-kunfidenza tal-partijiet interessati fl-Awtorità bħala regolatur.
Il-Professur Anthony Serracino Inglott, Chairperson tal-Awtorità, spjega li bħala regolatur, l-Awtorità dwar il-Mediċini qed tagħmel impatt fuq il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Matul l-2013, hija assessjat u rrakkomandat sabiex jiġu liċenzjati seba’ mitt prodott mediċinali li kellhom aktar benefiċċji milli riskji. Din iż-żieda tgħin sabiex tisaħħaħ il-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-konsumaturi. L-Awtorità preżentat rapporti fuq livell Ewropew li għandu impatt fuq id-dħul ta’ mediċini ġenereċi ġodda fi ħdan l-Unjoni Ewropea sħiħa. Hija kontinwament tissorvelja l-prodotti fuq is-suq u bdiet tipparteċipa fi proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea sabiex ittejjeb il-kapaċità tagħha fir-rigward tas-sigurtà tal-mediċini.
L-Awtorità tappoġġja l-esportazzjoni ta’ mediċini barra mill-Ewropa u fl-2013 ħarġet mitejn u ħamsa u sebgħin ċertifikat għall-prodotti farmaċewtiċi (CPPs). Wettqet ’il fuq minn mitejn spezzjoni sabiex tassigura prattiċi tajbin mill-operaturi kollha. Iċ-Chairperson spjega li ta’ kuljum isiru laqgħat ma’ partjiet interessati b’konformità mad-direzzjoni politika mogħtija mill-Ministru Helena Dalli li hija wkoll responsabbli għad-Djalogu Soċjali.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en