APPROVAT ILLEJLA FIL-PARLAMENT IL-VOT FINALI FAVUR L-UNJONI ĊIVILI
B’umiltà l-Gvern qed itemm snin ta’ diskriminazzjoni li persuni LGBTI ilhom isofru tul is-snin
Pajjiżna llejla kiteb paġna ġdida fl-istorja politika fejn għandhom x’jaqsmu drittijiet tal-minoranzi.
Minkejja l-astensjoni en bloc tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li għażlet li ma tiħux pożizzjoni la favur u lanqas kontra l-liġi dwar l-Unjoni Ċivili, il-Parlament illejla approva fl-istadju tat-tielet qari din il-liġi li se tkun qed ittemm snin ta’ diskriminazzjoni li persuni LGBTI ilhom isofru tul is-snin.
Il-vot tal-lejla huwa l-qofol ta’ vjaġġ li beda ferm qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u li kompla fl-aħħar xhur fejn smajna dak li kellhom xi jgħidu persuni LGBTI u konna mal-familji tagħhom biex stajna nifhmu aħjar it-tbatija li ġġib magħha l-esklużjoni mis-soċjetà.
Il-Gvern daħal għal dan l-impenn b’umiltà biex finalment jagħti lil persuni LGBTI dawk id-drittijiet li għal snin twal kienu mċaħħda minnhom u li Gvernijiet Nazzjonalisti tal-passat dejjem għażlu li jinjoraw.
Il-vot parlamentari tal-lejla għandu sinifikat speċjali għax huwa minsuġ fil-valuri tal-ġustizzja u tal-ugwaljanza.
Permezz ta’ din il-liġi, il-Gvern qiegħed bil-fatti ipoġġi ’l pajjiżna fuq quddiemnett fejn jidħlu drittijijet ta’ persuni LGBTI f’kuntest Ewropew aktar wiesa’.
Il-Gvern jibqa’ impenjat li jkompli jilleġiżla favur id-drittijiet ċivili.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en