Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR EDWARD ZAMMIT LEWIS F’LAQGĦA MAL-ASSOĊJAZZJONI TAL-LUKANDI U RISTORANTI – MHRA.

pr140789
Date Icon 14/04/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis,illum wara nofsinhar iltaqa’ mal-Membri tal-bord tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti, l-MHRA, fl-uffiċċju tagħhom f’San Gwann.

Il-President tal-MHRA is-Sur Paul Bugeja, beda biex feraħ lil Ministru Zammit Lewis għal kariga ġdida tiegħu, filwaqt ukoll li irringrazzja u awgura lil Karmenu Vella, sew għall-kontribut tiegħu fis-settur tat-turiżmu, wkoll għall-kariga li ser ikun qiegħed jaspira  għaliha fix-xhur li ġejjin; dik ta’ Kummissarju Ewropew.

Waqt il-laqgħa l-Ministru irringrazzja lill-MHRA għal kontribut tant siewi tagħha fil-qasam turistiku,  li huwa mutur għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Huwa spjega kif ser ikun qiegħed jaħdem biex dak kollu li huwa ta’ suċċess jinżamm u anke fejn huwa possibli jitjieb. Il-Ministru Edward Zammit Lewis emfasiżża li il-ħidma ġdida tiegħu, ser tkun imsejsa fuq tlett aspetti; tisħiħ tar-Riżorsi Umani fis-settur; b’aktar edukazzjoni u taħriġ, il-Kwalità tal-prodott Turistiku; titjib fil-Kwalita’ ta’ dak li għandna x’noffru bħala pajjiż, u stabilliżżazzjoni fl-istaġonalità fejn nimmiraw lejn swieq li jivvjaġġaw fix-xhur tax-xitwa. Il-Ministru saħaq li għalkemm il-figuri huma inkorraġġanti ħafna għax-xhur tas-sajf, huwa tal-fehma li għandna nħarsu lejn turizmu t’aktar kwalità.

Il-membri tal-Assoċjazzjoni insistew mal-Ministru li jixtiequ jaħdmu id f’id mal-Gvern fuq pjan aktar fit-tul, fuq vizjoni politika għar-reġjun tal-Mediterran liema viżjoni li ta’ lanqas tkun tħares fuq medda ta’ ħames snin. Il-Ministru Zammit Lewis qal li hu bħala Ministru, qiegħed jaħdem biex din il-viżjoni tkun imfassla mhux biss mill-Gvern imma wkoll ma’ dawk kollha li b’xi mod jirrelataw mas-settur Turistiku. Il-Gvern qiegħed iħares lejn dan is-settur b’mod ħolistiku.

Suġġett ieħor li ġie diskuss fil-laqgha kien propju kif għandna nippromovu lil Malta bħala destinazzjoni għal swieq il-barra minn dawk tradizzjonali tal-Ewropa, speċifikament mic-Ċina, Russja, Indja u aktar. F’dan il-kuntest il-Ministru rabat dak  li ġie diskuss fil-konferenza ta’ nhar il-Ġimgħa, biex jitjieb l-aċċess għat-turiżmu fil-Mediterran, f’dak li għandu x’jaqsam ħruġ ta’ VISAs u proċeduri anċillari.

Il-laqgħa intemmet billi l-Ministru għat-Turiżmu qal li ser iżomm laqgħat regolari ma l-MHRA kull sitt ġimgħat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow