Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr140788
Date Icon 14/04/2014

Aktar viżibilità lil Għawdex

Waqt żjara ta’ kortesija li l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech għamel lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca intqal li l-uffiċċju li l-President se jkollha f’Għawdex se jagħti opportunità li din il-Presidenza tkun aktar viċin tal-Għawdxin.

Il-President Coleiro Preca qalet li priorità ewlenija ta’ din il-Presidenza se jkunu t-tfal.

Hija semmiet il-proposta tagħha tal-Guardian ad litem waqt il-proċess tal-adozzjoni ħalli jkompli jiġi assigurat li l-aħjar interess tat-tfal jiġi salvagwardjat.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca tkellmet ukoll dwar l-unaccompanied minors li dan l-aħħar żdied in-numru tagħhom u sostniet li dawn ukoll iridu jingħataw l-appoġġ meħtieġ.

Min-naħa tiegħu Mons. Mario Grech irringrazzja lill-President tal-viżibilità li se tkun qed tagħti lil Għawdex.

Sostna li kull ma jmur in-numru ta’ immigranti f’Għawdex sar iktar sinjifikanti u kien għalhekk li kkummissjona rapport dwar il-qagħda tal-immigranti f’Għawdex.

Mons. Grech qal li se jkun qed jgħaddi dan ir-rapport lil President Coleiro Preca għal aktar diskussjoni.

Mons. Grech qal ukoll li hu ferm importanti li l-Istat jieħu ħsieb l-interessi tat-tfal, li huma minn ta’ quddiem nett fost il-vulnerabbli.

Qal li hija ħaġa sabiħa li s-soċjetà tesprimi l-għożża tagħha favur l-ulied, però t-tfal m’huma dritt ta’ ħadd; pjuttost huma l-adulti fid-dmir li liċ-ċkejknin jgħinuhom jitrabbew f’ambjent ta’ familja.

L-Isqof Mario Grech apprezza x-xewqa li esprimiet l-President Marie-Louise Coleiro Preca, li jkun hemm aktar attenzjoni mill-awtoritajiet biex l-addozzjoni tkun dejjem fl-aħjar interess tat-tfal.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow