Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT TIPPROPONI LI JINĦATAR GUARDIAN AD LITEM BIEX JIĠU SALVAGWARDJATI L-INTERESSI TAT-TFAL LI JISTGĦU JIĠU ADDOTATI

pr140787
Date Icon 14/04/2014

L-interessi tat-tfal, speċjalment fejn tidħol l-addozzjoni, ġew diskussa waqt laqgħa ta’ kortesija lill-President ta’ Malta kellha mal-Prim Ministru u l-membri tal-Kabinett.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca proponiet li biex jisaħħaħ il-proċess ta’ adozzjoni jinħatar Guardian ad litem ħalli jkompli jiġi assigurat li d-drittijiet tat-tfal jiġu salvagwardjati.

Il-Guardian ad litem diġà jifforma parti mill-abbozz tal-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u l-irwol tiegħu se jkun li jħares u jippromovi l-aħjar interess tat-tfal.

B’dan il-mod it-tfal ikunu fiċ-ċentru tal-proċess tal-adozzjoni.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat issieħeb mal-ħsibijiet tal-President u qabel mal-proposta mressqa b’rabta mal-proċess tal-adozzjoni.

Semma kif każijiet tal-care orders iridu jinfatmu minn taħt idejn il-politiku u jingħataw għal kollox f’idejn l-esperti.

Il-Prim Ministru rrefera wkoll għal vot li se jittieħed illejla fil-Kamra tad-Deputati dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-unjonijiet ċivili li fi kliem Dr Muscat se jwassal għal żvilupp storiku, li se jaħdem fl-interess tat-tfal u tal-ugwaljanza. 

Il-Prim Ministru sostna li l-ebda tifel jew tifla, u l-ebda persuna ma għandha tbati minn diskriminazzjoni. 

Il-Prim Ministru qal li t-tħassib tal-President huwa t-tħassib tal-Gvern, u huwa għalhekk li l-interessi tat-tfal jinsabu f’post daqstant importanti fl-aġenda ta’ xogħol li jrid jitwettaq.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow