Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONAL

pr140776
Date Icon 12/04/2014

Jistgħu jitnaqqsu l-vittmi, jekk is-soċjeta’ tagħti ċans lill-eks resident tal-Faċilita ta’ Kordin

Il-messaġġ li għandu dan iċ-ċenaklu ħaj huwa l-istess wieħed li qed jgħaddi dan il-gvern bil-politika li qed jaddotta għal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Dan qalu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Dr Manuel Mallia meta dalgħodu żar iċ-ċenaklu ħaj li qiegħed jiġi imtellgħa mir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ kordin, fil-bini tal-Faċilità. Iċ-ċenaklu għandu storja li timxi fuq żewġ binarji, fuq naħa waħda l-istorja tradizzjonali tal-aħħar ċena , filwaqt li fuq naħa oħra l-istorja ta’ persuna li żbalja u spiċċa l-ħabs.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali feraħ lir-residenti ta-xogħol li tellgħu u tal-messaġg li qegħdin jipprovaw jgħaddu lis-soċjetà – jiġifieri l-importanza li s-soċjetà taċċetahom lura ġaladarba jiskontaw il-piena tagħhom.  B’hekk biss nistgħu nevitaw li jkun hawn aktar vittmi.

Dr Manuel Mallia semma kif il-gvern huwa kommess li jimxi fuq dan il-messaġġ, u għalhekk infetħu music room, playroom u fabbrika tal-ħjata fil-ħabs, biex il-priġunieri jkunu preparati b’aktar talenti meta jirritornaw lura għall-ħajja indipendenti. Għall-ewwel darba, il-Facilità Korrettiva għandha ukoll direttur tal-edukazzjoni li mhux biss inkarigat biex jagħmel kurrikulu ta’ suġġetti akkademiċi, iżda ukoll biex isir taħriġ adekwat fi snajja.

Waqt l-istess attività, resident tal-Faċilità ppreżenta ktieb lill-Ministru Mallia li kiteb hu stess waqt li qed jiskonta s-sentenza tiegħu fil-Faċilità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow