Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr140770
Date Icon 11/04/2014

Żjara ta’ kortesija mid-Deputat Prim Ministru tal-Moldova lill-President ta’ Malta

Waqt żjara ta’ kortesija lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Ewropea tal-Moldova, Natalia Gherman għamlet lill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ġie diskuss l-appoġġ li se tkun qed tagħti Malta lil Moldova f’diversi oqsma.

Il-President Coleiro Preca rrimarkat b’mod pożittiv għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni konġunta li saret bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George Vella u d-Deputat Prim Ministru tal-Moldova.

Sostniet li l-Moldova tista’ tisfrutta opportunitajiet li jeżistu fil-qasam edukattiv fosthom l-iskejjel tal-Ingliż f’Malta.

Minn naħa tagħha, l-Ministru tal-Moldova fissret l-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u medji f’Malta bħala eżempju li pajjiżha jista’ jitgħallem minnu.

Fi tmiem il-laqgħa l-Ministru Natalia Gherman għaddiet ittra ta’ awgurju lill-President Marie-Louise Coleiro Preca mibgħuta mill-President tal-Moldova Nicolae Timofti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow