Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA F’SENSIELA TA’ LAQGĦAT MAL-UNIONS

pr140768
Date Icon 11/04/2014

“Għandna l-enerġija biex nirnexxu, u dan nistgħu nagħmluh bil-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-istakeholders kollha fis-settur tas-saħħa”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne waqt laqgħa li kellu ma’ delegazzjoni tal-Union Ħaddiema Maqgħudin.

Huwa qal ukoll li s-saħħa hija issue nazzjonali u huwa permezz tal-ħidma flimkien mal-unions, l-istakeholders u l-professjonisti kollha li s-settur tas-saħħa jimxi ‘l quddiem.

Mr. Fearne qal li fil-kariga ġdida tiegħu, hija propju din il-bidla li huwa jrid iġib fil-qasam tas-saħħa.

Il-ħidma ħolistika trid tkun iffukata biex il-pazjent jingħata l-aħjar kura u trattament possibbli u li din il-kura tingħata b’dinjità.

“Se nkun qed naħdem b’ħilti kollha b’sens ta’ inklużjoni”, kompla jgħid Mr. Fearne, “Nemmen li għandna bżonn il-koperazzjoni u l-impenn ta’ kulħadd biex dak li għandna nwettqu f’dan il-qasam, inkomplu nwettquh għall-ġid tal-pazjent”.

Huwa qal ukoll li l-benessere tal-pazjent jista’ jkun żgurat jekk il-ħaddiema jkunu kuntenti fuq il-post tax-xogħol tagħhom u għalhekk joffru l-aħjar servizz possibbli. Huwa hawn fejn tidħol il-ħidma bejn il-gvern u l-unions, li trid twassal biex dejjem ikun hemm l-aqwa relazzjonijiet possibbli.

Mr. Fearne qal li meta wieħed iħares lejn dan is-settur, irid jara li mhux biss il-pazjent irid ikollu d-dinjità tiegħu, imma anki l-ħaddiema għandhom ikollhom id-dinjità tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa rrikonoxxa l-ħidma fejjieda li jagħmlu dawk kollha li jaħdmu f’dan is-settur u qal li dawn il-ħaddiema għandhom iħossuhom kburin li qed jaħdmu f’settur. Mr. Fearne ħa l-okkazjoni biex jirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-impenn tagħhom.

Huwa qal li personalment jaf kemm dan ix-xogħol jista’ jagħtik sodisfazzjon u għalhekk ħeġġeġ aktar żgħażagħ biex jagħżlu dan il-qasam biex jilħqu l-milja tagħhom. “Min jidħol fil-qasam tas-saħħa għandu quddiemu opportunitajiet li jimraħ fl-istudji u jispeċjalizza biex ikun ta’ servizz għall-poplu”, temm jgħid Mr. Fearne.

L-Union Ħaddiema Magħqudin fakkret li hija tirrappreżenta 27 kategorija differenti ta’ ħaddiema f’dan il-qasam, li jammontaw għal 1,500 ħaddiem.
Qalet ukoll li tapprezza li s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa mill-bidu nett beda laqgħat mal-unions. Intqal li l-ħidma bejn gvern u unions għandha twassal biex il-livell miksub fil-qasam tas-saħħa jibqa’ jitjieb.

Mr. Fearne il-bieraħ beda sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-unions involuti fis-settur tas-saħħa, bl-ewwel laqgħa mar-rappreżentanti tal-Malta Union of Professional Psychologists.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow