L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI F'LAQGĦA MAL-AMBAXXATUR TA' PAJJIŻNA GĦALL-AWSTRIJA
pr140767
11/04/2014
L-iSpeaker l-Onor. Anġlu Farrugia aktar kmieni matul il-jum, kellu laqgħa mal-Ambaxxatur Malti għall-Awstrija, Keith Azzopardi.
Matul il-laqgħa fost diversi temi li ġew dikussi tqajmet l-idea li l-Parlament Malti jesperjenza l-idea ta' Democracy Workshops għal studenti bejn 8 snin u 15-il sena; idea li l-iSpeaker Awstrijak l-Onor. Pamela Brammer iddiskutiet dwarha mal-Ambaxxatur Keith Azzopardi.
L-iSpeaker tenna li l-Parlament Malti jilqa' l-idea tal-iSpeaker Awstrijak filwaqt li fakkar li matul kull sena jinżammu numru ta' laqgħat fejn ikun hemm il-parteċipazzjoni attiva ta' studenti ta' etajiet varji.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Avukat Ġenerali Dr Peter Grech.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en