IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CHRIS AGIUS IŻUR IS-SCIENCE EXPO FL-MCAST, RAĦAL ĠDID
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius żar l-NSTF Science Expo 2014 li ttellgħet fl-MCAST Raħal Ġdid.
Is-Segretarju Parlamentari ġie milqugħ mill-organizzaturi u mdawwar f’sezzjonijiet differenti fejn ra l-esebizzjoni ta’ xogħlijiet relatati max-xjenza ta’ studenti ta’ etajiet diversi.
Kienu l-istudenti stess li spjegaw lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius il-kunċetti xjentifiċi li fuqhom ibbażaw il-proġetti tagħhom.
Is-Segretarju Parlamentari Agius wera interess kbir fix-xogħlijiet esposti waqt l-NSTF Science Expo 2014, u kien impressjonat bir-riċerka li għamlu dawn l-istudenti u bl-għarfien tagħhom dwar oqsma innovattivi.
Filwaqt li rringrazzja lill-organizzaturi tal-NSTF Science Expo tax-xogħol li ħadu biex tellgħu din l-esebizzjoni, is-Segretarju Parlamentari Agius saħaq fuq l-bżonn li jkun hawn aktar inizzjattivi bħal dawn li fihom l-istudenti jistgħu joħolmu u jwettqu l-ħolm tagħhom speċjalment fejn jidħlu oqsma innovattivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en