AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
Elezzjoni għall-Parlament Ewropew – Mejju 2014
Tqassim ta’ dokumenti għall-votazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-eletturi kollha ta’ Malta u Għawdex li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali ppubblikat, jiġifieri dak tas-7 ta’ April, 2014, suġġett għal żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Revizur, illi uffiċjali tal-Pulizija se jibdew iqassmu d-dokumenti għall-votazzjoni fid-djar minn nhar is-Sibt, 12 ta’ April, 2014 sa nhar il-Ġimgħa, it-2 ta’ Mejju, 2014.
It-tqassim ser isir bejn id-9.00 am u s-1.00 pm u bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm, fil-jiem kollha tal-ġimgħa (inkluż is-Sibtijiet u l-Ħdud u l-1 ta’ Mejju). Iżda ma jsirx tqassim fil-jiem tal-Ġimgħa l-Kbira, Sibt il-Għid u Ħadd il-Għid.
Għaldaqstant huwa ta’ ħtieġa li fid-dar ikun hemm xi persuna responsabbli u li ma tkunx taħt it-18-il sena biex tirċievi u tiffirma għad-dokumenti għall-votazzjoni. Il-liġi elettorali tippermetti li rappreżentanti tal-partiti politiċi jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-Pulizija waqt it-tqassim ta’ dawn id-dokumenti. Dawn se jkunu provduti b’Biljett ta’ Awtorizzazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali sabiex jintwera meta jkun hemm il-ħtieġa.
Id-dokument għall-votazzjoni għandu jinżamm f’post fejn wieħed isibu għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota f’jum il-votazzjoni, is-Sibt 24 ta’ Mejju, 2014.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en