Left arrow Mur Lura

LAQGĦA BEJN IL-MINISTRI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TA’ MALTA U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

pr140760mt
Date Icon 11/04/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr. George W.V ella u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Integrazzjoni Ewropea tal-Moldova, Natalia Gherman iffirmaw dikjarazzjoni konġunta fuq l-għajnuna li Malta tista’ toffri lill-Moldova għall-integrazzjoni Ewropea.  Id-dikjarazzjoni konġunta tistipula l-appoġġ li Malta tista’ tagħti lill-Moldova bħala membru tal-Unjoni Ewropea.  Din id-dikjarazzjoni konġunta ssegwi l-pjani mfassla mill-Unjoni Ewropea biex tassisti lill-Moldova u lill-Georgia fil-mixja tagħhom biex isaħħu l-assoċjazzjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Dr. George Vella qal li Malta kienet qed tagħti appoġġ lill-Moldova fil-ftehim tal-assoċjazzjoni tagħha (Association Agreement and the Deep and Comprehensive Free Trade Agreement ) mal-Unjoni Ewropea li huwa ppjanat li jiġi ffirmat f’Ġunju li ġej. 

Waqt id-diskussjonijiet bilaterali, Dr.Vella iddikjara li Malta hija lesta li taqsam mal-Moldova, l-esperjenzi tagħha kemm dawk politiċi u assoċjazzjoni ekonomika mal-Unjoni Ewropea kif ukoll kooperazzjoni f’diversi setturi fosthom fit-turiżmu, diplomazija, edukazzjoni, ICT, management, u setturi oħra.

Il-Ministru Vella u l-Ministru tal-Moldova Natalia Gherman ffirmaw ukoll ftehim dwar it-taxxa doppja. (Agreement on the avoidance of doubel taxation).Dan huwa l-ewwel ftehim li qatt ġie ffirmat bejn Malta u l-Moldova.   Ftehim bħal dan jelimina it-taxxa doppja, li jipprovdi tisħiħ tal-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll dak tal-investiment.

Waqt il-laqgħa, il-Ministru Gherman spjegat fid-dettall is-sitwazzjoni preżenti fil-Moldova, u l-isforzi kbar li qed isiru biex jissokta d-djalogu bejn pajjiżha, l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa.

Il-Ministru tal-Moldova tkellmet ukoll fuq ir-realtajiet fil-Moldova u t-tagħlimiet li nkisbu bl-esperjenza aħħarija fl-Ukrajna.

Il-Ministru tal-Moldova enfasizzat il-fatt li l-Moldova hija Repubblika li qed tagħfas fuq il-pożizzjoni newtrali tagħha, liema pożizzjoni, temmen li se tkompli ssaħħaħ id-diskussjonijiet li qed isiru, kif ukoll għall-futur tar-relazzjonijiet tal-pajjiż mal-Unjoni Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow