“IL-GVERN SE JKOMPLI JGĦATI L-IMPORTANZA MISĦOQQA LIL L-INVESITURI LOKALI” - IL-MINISTRU CHRIS CARDONA
Waqt żjara fil-fabbrika tal-Maypole fil-Ħandaq, il-Ministru Cardona dalgħodu ltaqa’ mal-ħaddiema u l-management ta’ din il-kumpanija li topera minn fabbrika state-of-the-art ta’ erbat elef u ħames mitt metru kwadru. L-immoddernizzar ta’ din il-fabbrika, li fiha l-Maypole tipproduċi mal-elf u disgħin prodott differenti, huwa parti minn programm ta’ investiment ta’ 7 miljuni li l-Maypole imbarkat fuqu f’dawn l-aħħar snin.
Il-Ministru Cardona sostna l-importanza li n-negozji jagħrfu l-ħtieġa li jaddattaw u jibdlu l-prodotti u s-servizzi tagħhom skond id-domanda tas-suq li tinbidel maż-żminijiet. F’dan l-aspett, il-Ministru Cardona qal li l-Maypole għanda sservi ta’ ezempju għal intrapriżi oħra Maltin.
“Ninsab konvint ukoll li sigriet ieħor għas-suċċess li din il-kumpanijja kisbet tul is-snin kien is-sens ta’ tkabbir abbażi ta’ investiment bilgħaqal u sostenibli,” sostna l-Ministru Cardona.
Fattur ieħor li l-Ministru Cardona qal li huwa ta’ sodisfazzjon kbir, huwa li din il-kumpanija illum kabbret l-operat tagħha biex min 51 impjegat li kienet timpjega fl-2011, sal-2013 żiedet in-numru ta’ l-impjegati tagħha għal 80 persuna.
Dr. Cardona rriafferma li huwa s-settur privat li joħloq ix-xogħol u dan il-gvern huwa kommess jgħin lill-intrapriża billi joħloq il-kundizzjonijiet neċessarji għat-tkabbir.
“Żjara bħal din tal-lum jien ngħatiha ċertu valur u importanza. Għaliex filwaqt li f’dawn l-aħħar ġimgħat tkellimt ħafna dwar is-suċċess li qed jagħmel pajjiżna f’dak li hu investiment dirett barrani bħala Gvern m’għandniex intenzjoni la li nwarrbu l-investituri lokali u wisq anqas nitrattawh tat-tieni klassi”.
L-impenn tal-Gvern huwa wieħed ċar: is-suċċess tan-negozju. Dan għaliex fi kliem il-Ministru Cardona s-suċċess tan-negozju igawdi minnu kulħadd.
“Se nibqgħu għalhekk naħdmu biex insaħħu l-iskemi ta’ inċentivi u għajnuniet kif għamilna bil-Micro Guarantee u Micro Invest; se naraw li n-nies ikollhom aktar flus fil-but kif għamilna bit-traħħis tal-kontijiet tad-dawl; se naraw li jidħlu fis-seħħ liġijiet li jsaħħu n-negozji bħal family business act; kif ukoll se nfittxu li nikkonsultaw lin-negozji dwar tibdil fl-operat tagħhom li jkun ta’ ġid kemm għal attività kummerċjali kif ukoll għal konsumatur, kif se nagħmlu bil-white paper dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet,” ikkonkluda il-Ministru Cardona.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en