TKOMPLIJA TAX-XOGĦLIJIET FI TRIQ GĦAR ILMA, SANTA LUĊIJA
Il-Ministru għal Għawdex dalgħodu ħabbar it-tkomplija tax-xogħlijiet fi Triq Għar Ilma, Santa Luċija, triq li parti minnha tifforma parti mill-heritage trail. Din it-triq kienet ilha abbandunata għal żmien twil.
Ix-xogħlijiet jinkludu fost l-oħrajn l-asfaltar għall-ewwel darba ta’ partijiet sostanzjali mit-triq.
Il-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo fisser li dan il-pass hu parti mill-pjan ħolistiku tal-Ministeru għal Għawdex għat-titjib tal-infrastruttura fil-gżira Għawdxija.
Minbarra li parti minn din Triq Għar l-Ilma tifforma parti mill-heritage trail, din it-triq tagħti aċċess għal numru ta’ up-market farmhouses u allura użata minn numru ta’ turisti. Dan minbarra l-fatt li din it-triq tintuża regolarment mill-bdiewa tal-inħawi.
Dr Anton Refalo spjega li l-Ministeru għal Għawdex hu impenjat bis-sħiħ biex jitjieb il-prodott turistiku ta’ Għawdex. Il-Ministru semma kif in-nefqa kapitali għall-asfaltar ta’ din it-triq se tkun allokata mill-fond tal-Ministeru għal Għawdex.
Sadanittant il-Ministru għal Għawdex ippreżenta donazzjoni ta’ €1,500 għat-tisbieħ tal-pjazza ta’ Santa Luċija minn fondi ta’ Eko-Għawdex. Il-Ministru kien milqugħ min nies tal-kommunità u miċ-Chairperson u l-membri tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Santa Luċija.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en