IL-MINISTRU OWEN BONNICI JIFTAĦ LIBELL LILL-ĠURNAL TAL-PARTIT NAZZJONALISTA
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici llum fetaħ libell kontra l-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista dwar ir-rappurtaġġ malizzjuz u mimli allegazzjonijiet foloz li dan il-ġurnal għamel biex jinqeda politikament minn inċident sfortunat li l-Ministru kellu bil-karozza personali tiegħu nhar il-Ħamis li għadda.
Dan l-inċident seħħ meta Dr Bonnici daħal f’karozza li kienet wieqfa f’post perikoluż fid-9 ta’ filgħaxija hekk kif toħroġ mill-mina ta’ Santa Venera. Fl-inċident, il-karozza li kienet wieqfa laqtet is-sid tal-karozza li kien barra fil-bypass u sofra minn ksur fl-irkoppa. Dan il-ġuvni daħal l-isptar għall-kura u ntbagħat lura d-dar jumejn wara. Dr Bonnici ikkopera kompletament mal-awtoritajiet u mal-familja tas-sid tal-karozza.
Dr Bonnici sostna li huwa tal-mistħija kif il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista lesti jaqgħu tant fil-baxx li jagħmlu insinwazzjonijiet giddieba, foloz u kompletament inaċċettabbli u li għandhom biss l-għan li jinqdew minn sitwazzjoni li tista’ tiġri lil kulħadd biex iħammgu r-reputazzjoni ta’ esponenti tal-Gvern għal finijiet purament partiġġjani.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en