Left arrow Go Back

IL-MINISTRU OWEN BONNICI JIFTAĦ LIBELL LILL-ĠURNAL TAL-PARTIT NAZZJONALISTA

pr140752
Date Icon 10/04/2014

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici llum fetaħ libell kontra l-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista dwar ir-rappurtaġġ malizzjuz u mimli allegazzjonijiet foloz li dan il-ġurnal għamel biex jinqeda politikament minn inċident sfortunat li l-Ministru kellu bil-karozza personali tiegħu nhar il-Ħamis li għadda.

Dan l-inċident seħħ meta Dr Bonnici daħal f’karozza li kienet wieqfa f’post perikoluż fid-9 ta’ filgħaxija hekk kif toħroġ mill-mina ta’ Santa Venera.  Fl-inċident, il-karozza li kienet wieqfa laqtet is-sid tal-karozza li kien barra fil-bypass u sofra minn ksur fl-irkoppa.  Dan il-ġuvni daħal l-isptar għall-kura u ntbagħat lura d-dar jumejn wara.  Dr Bonnici ikkopera kompletament mal-awtoritajiet u mal-familja tas-sid tal-karozza.

Dr Bonnici sostna li huwa tal-mistħija kif il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista lesti jaqgħu tant fil-baxx li jagħmlu insinwazzjonijiet giddieba, foloz u kompletament inaċċettabbli u li għandhom biss l-għan li jinqdew minn sitwazzjoni li tista’ tiġri lil kulħadd biex iħammgu r-reputazzjoni ta’ esponenti tal-Gvern għal finijiet purament partiġġjani.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow