Left arrow Mur Lura

WORKSHOP INTERNAZZJONALI FUQ IL-KOLLEZZJONIJIET AWDJO-VIŻIVI: DIĠITIZZAZZJONI, PRESERVAZZJONI U AĊĊESS 10-12 TA' APRIL 2014 - PALAZZO CAPUA, TAS-SLIEMA

pr140744mt
Date Icon 10/04/2014

Il-Workshop Internazzjonali fuq il-kollezzjonijiet awdjo-viżivi: diġitizzazzjoni, preservazzjoni u aċċess se jittella’ bejn l-10-12 ta’ April f’Palazzo Capua, Tas-Sliema.  Dan l-avveniment huwa ko-organizzat mid-Dipartiment tal-Libreriji u x-Xjenza tal-Arkivji fl-Università, flimkien mad-Direttorat għall-Kultura fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

Fid-dawl tal-problemi u l-isfidi moderni għall-materjal awdjo-viżiv analoġiku, dan il-workshop tfassal apposta għall-professjonisti u l-voluntiera li qed ifittxu l-aħħar tagħrif fuq iċ-ċiklu ta’ ħajja diġitali tal-kollezzjonijiet awdjo-viżivi tagħhom.

Dan l-avveniment  huwa maħsub biex jindirizza l-bżonnijiet u l-isfidi attwali li dan il-qasam qed jaffaċċja f'Malta, u se jitmexxa minn grupp ta' esperti internazzjonali li jinkludu lil Daniel Teruggi (Direttur tar-Riċerka, INA, Pariġi), Andy O’Dwyer (BBC Research and Development, Londra), Richard Wright (Preservation Guide, Londra), Beth Delaney (Franza), Toni Sant (University of Hull), Andrew Alamango (Università ta’ Malta), Andrew Pace (University of Manchester), Steve Borg (University of Hull).

Għal aktar dettalji, inkluż applikazzjoni u skeda tal-ħinijiet, żuru s-sit elettroniku https://sites.google.com/site/soundmovingimage2014/ jew ibagħtu email f'dan l-indirizz: catherine.tabone@gov.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow