IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TAL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA IŻŻUR BLA ĦSIEB IĊ-ĊENTRI TA’ MATUL IL-JUM GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ
Wara ż-żjara bla ħsieb mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali ilbieraħ, illum reġgħet għamlet diversi żjajjar simili lill diversi Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’ Diżabilità.
Fost iċ-Ċentri li żaret is-Segretarju Parlamentari, kien hemm iċ-Ċentru tal-Imtarfa, liema ċentru ser isirulu xogħlijiet estensivi ta’tkabbir, tisbieħ, manutenzjoni u modernizzar. Is-Segretarju Parlamentari żaret ukoll iċ-Ċentri ta’ Marsascala, Gardjola ta’ l-Isla, tas-Swatar, u ta’ Fleur de Lys.
Waqt dawn iż-żjarat, is-Segretarju Parlamentari kellha l-opportunità tiltaqa u titkellem ma’ persuni b’ diżabilità u tara u tapprezza l-abbiltajiet differenti tagħhom. Il-persuni b’diżabilità ħadu l-oppurtunità biex juru t-talenti tagħhom anke permezz ta’ xogħolijiet artiġjanali u artistiċi magħmula minnhom stess. Matul dawn iż-żjarat saħqet fuq kemm hi importanti li wieħed jisħaq fuq l-abbiltajiet u l-potenzjal tal-persuni b’diżabilità u għalhekk is-sehem kbir li jistgħu jagħtu lis-soċjetà tagħna.
Permezz ta’ dawn iż-żjarat, is-Segretarju Parlamentari Justyne Cauruana tkellmet ukoll mall-ħaddiema ta’ dawn iċ-ċentri, u saħqet kemm hi mportanti li jinżamm kuntatt kontinwu mal-ħaddiema li jesperjenzaw ta’ kuljum il-problemi ta’ dawn iċ-ċentri.
Dawn iż-żjarat ġew milqugħa b’mod pożittiv tajjeb ħafna mal-persuni b’diżabilità u dawk li jieħdu ħsiebhom, tant li s-Segretarju Parlamentari impenjat ruħha magħhom li tkompli b’dawn iż-żjarat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en